Barranin
Il-prezz taż-żejt jikseb lura mit-telf li għamel

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar ir-rapport annwali.

Statistika mill-Ġermanja tikkonferma l-aktar sena dgħajfa għat-tkabbir mill-2013.

Il-Parlament  Ingliż illejla qed jivvota dwar il-ftehim dwar il-Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Ir-riżultat għandu jiddetermina il-pass li jmiss tal-Prim Ministru u l-għażliet quddiemha biex tħoll in-nuqqas ta’ ftehim.

L-ewro tilef 0.38% kontra d-dollaru għal $1.1425. Huwa tilef ukoll 0.18% kontra l-Isterlina; 0.32% kontra id-Dollaru Awstraljan; 0.52% kontra id-Dollaru Kanaidż u 0.17% kontra l-Yen. L-ewro żdied 0.15% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-ishma fl-Ewropa naqsu ż-żidiet għax l-ispinta minn possibiltà ta’ stimulu miċ-Ċina ma setax jinżamm. L-isterlina batiet hekk kif il-politiċi hejjew ruhhom għal vot dwar Brexit.

Il-FTSE 100 żdied 0.03%; l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.25%; id-DAX tilef 0.24% u l-CAC 40 tilef ukoll b’0.04%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.15% ogħla waqt li l-indiċi Malti wera żieda ta’ 0.027%.

Ishma

Il-Plaza Centres, il-GO, il-Malta Properties u l-Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 0.70% bil-Plaza juru l-akbar żieda ta’ 2.00% għal €1.02.

Il-PG, l-International Hotel Investments u l-Grand Harbour Marina tilfu aktar minn 0.70%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds, il-Hili Propert6ies 2025 żdiedu b’0.24%, waqt li l-Hudson Malta 2026, id-Dizz Finance 2026 u l-Premier Capital 2026 ma kellhom ebda żieda. F’territorju negattiv kienu l-Von der Heyden Group Finance 2024, il-Phoenicia Finance Companuy 2023.28 u l-iStivala Group Finance 2027.

Commodities

Il-prezz taż-żejt kiseb lura mit-telf tat-Tnejn u żdied b’1.22% waqt li l-US Light crude wera żieda ta’ 1.31%.

Id-deheb tbaxxa b’0.03% waqt li l-fidda tbaxxiet ukoll b’0.34%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni…

Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Aktar