Barranin
Il-prezz taż-żejt jilħaq l-ogħla prezz f’sitt ijiem

Id-dollaru irtira mill-ogħla livell fi tliet ġimgħat għax l-investituri ħadu l-profitt qabel mal-Federal reserve kif huwa mistenni jħabbar l-ewwel żieda fir-rati tal-interessi għall-2018 u ffokaw dwar jekk il-bank hux ser jindika tlieta jew erba’ żidiet oħrajn din is-sena.

Xi analisti ddubitaw jekk pass aktar mgħaġġel fiż-żidiet fir-rati huwiex ser iwaqqaf il-waqgħa tad-dollaru li bdiet is-sena li għaddiet minħabba titjib fit-tkabbir ekonomiku barra l-Istati Uniti u l-possibilità li banek ċentrali oħra inaqqsu l-istimulu ekonomiku tagħhom.

Il-Kumitat tal-Federal Reserve, li jissettja il-politika, kellu joħroġ l-istqarrija tiegħu llejla flimkien mat-tbassir ta’ kull tliet xhur. Jerome Powell ser jagħti l-ewwel konferenza stampa teigħu bħala kap tal-Federal Reserve wara.

Id-dollaru Kanadiż issaħħaħ għall-ogħla rata f’sitt ijiem kontra dak Amerikan, mgħejjun minn prezzijiet ogħla taż-żejt u rapport li l-Istati Uniti irtirat waħda mid-domandi kontenzjużi fin-negozjati tal-ftehim kummerċjali,  in-NAFTA.

L-amministrazzjoni Trump irtirat it-talba li l-vetturi kollha manifatturati fil-Kanada u l-Messiku għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti għandhom ikollhom mill-anqas 50% tal-kontenut Amerikan.

Il-Yen żdied waqt li l-ishma u d-dħul mill-bonds tal-gvern naqas wara rapport fil-Wall Street Journal qal li ċ-Ċina qed tippjana kontra-miżuri kontra it-tariffi kummerċjali Amerikani.

Il-yen, li l-investituri jixtru biex jeħilsu mir-riskju, żdied kontra d-dollaru wara li kien ippublikat ir-rapport.  Huwa tela sa 106.07 yen kontra d-dollaru qabel ma stabilizza f’106.25, żieda ta’ 0.3% matul il-jum. Il-munita Ġappuniża issaħħett ukoll għal ftit ħin kontra l-ewro.

Il-prezz taż-żejt laħaq l-ogħla prezz f’sitt ijiem wara tnaqqis sorprendenti fl-inventarji Amerikani u hekk kif ippersista t-tħassib dwar il-provista mill-Lvant Nofsani.

Statistika maħruġa mill-Amministrazzjoni dwar l-Informazzjoni fuq l-Enerġija tal-Istati Uniti wriet tnaqqis ta’ 2.6 miljun barmil. L-analisti kienu qed jistennew żieda ta’ 2.5 miljun.

Il-prezz tad-deheb illum irkupra wara tliet ġimgħat baxx hekk kif id-dollaru tbaxxa minħabba xiri qabel il-laqgħa tal-Federal reserve li tista tipprovdi aktar  ħjiel dwar il-pass ta’ aktar żidiet fir-rati tal-iteressi.

B’żieda ta’ 25 punt perċentwali meħuda bħala lesta, l-investituri ser joqgħodu attenti għat-tbassir tal-Federal Reserve għal żidiet matul l-2018.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru Amerikan żamm maż-żidiet wara li tela’ mill-inqas rata fi tliet ġimgħat hekk kif it-tnaqqis fit-tensjoni dwar gwerra kummerċjali kabbar is-sentiment għar-riskju fost l-investituri. Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu mgħejjuna…

Barranin

L-ewro llum qabeż id-$1.24 għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat wara li dejta ekonomika tajba ferm miċ-Ċina u tnaqqis fit-tħassib dwar aktar attakki Amerikani fis-Sirja reġgħu qanqlu s-sentiment ta’ riskju, għalkemm…

Barranin, Lokali

Il-Fimbank ħareġ aktar minn mitejn miljun ishma ġodda bi dritt għall-azzjonisti tiegħu Il-bank jittama li b’din ir-rights issue, l-azzjonisti tiegħu jżidu l-investiment tagħhom fil-bank b’mija u erbatax-il miljun Dollaru Amerikan….

Barranin

Id-dollaru laħaq l-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra l-Yen illum hekk kif naqset il-kawtela dwar intervent militari mill-Punent fuq is-Sirja bl-investituri qed jistennew rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji Amerikani. Id-dgħufija tal-Yen,…

Aktar