Il-prezz taż-żejt jisstabilizza ruħu

Muniti meqjusa bħala sikuri bħal yen Ġappuniż illum irtiraw hekk kif l-Istati Uniti u l-Iran ma komplewx bl-attakki, bis-swieq jerġgħu b’sentimwent ta’ riskju bit-tama dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Il-President Donald Trump wieġeb għall-attakk tal-Iran b’sanzjonijiet u mhux bi vjolenza. L-Iran ma ta ebda sinjal immedjat li ser jirritalja aktar għall-attakk Amerikan li qatel lill-aktar ġenerali magħruf Iranjan.

Il-yen, meqjuż sikur fi żminijiet ta’ taqlib ġeopolitiku minħabba l-likwidità kbira u l-bilanċ kbir fil-kont kurrenti, tilef iż-żidiet li kien għamel wara l-attakk bil-missili mill-Iran. Huwa tilef 0.3% għal 109.49 kull dollaru, l-inqas f’ġimagħtejn.

L-Isterlina tbaxxiet qrib l-inqas rata f’ġimagħtejn kontra d-Dollaru wara li l-Gvernatur tal-Bank of England Mark Carney qal li jista’ jkun hemm “tweġiba relattivament pronta” mill-bank jekk ikun jidhe rli l-ekonomija tkun qed tiffaċċja perjodu twil ta’ dgħufija.

L-ishma Ewropej laħqu livell għoli reġord llum wara li l-Istati Uniti u l-Iran ma komplewx bl-attakki u l-investituri reġgħu daru lejn assi riskjużi minħabba tamiet ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-indiċi tal-ishma fl-Istati Uniti laħqu livelli rekord llum wara tnaqqis fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran waqt li qed tissaħħaħ it-tama ta’ ftehim maċ-Ċina.

Fis-settur tal-ishma lokali, il-GO tilfu 1.40%; il-Malta International Airport tilfu 1.45%, il-Mapfre Middlesea b’6.78%u l-MIDI plc b’7.41%. L-RS2 Software kienu l-uniku sehem pożittiv illum b’żieda ta’ 2.70%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, is-6PM Holdings 2025 żdiedu b’0.35%; il-Merkanti Holding 2026 b’0.50%. L-International Hotel Investments 2026 tilfu 0.29%; id-Dizz Finance 2026 b’1%; l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni ħruġ) tbaxxew b’0.28%. L-Eden Finance 2027 żdiedu b’0.87% u t-Tumas Investments 2027 tilfu 1.42%.

Il-prezzijiet taż-żejt stabilizzaw rwieħhom illum wara it-telf tas-sessjonita’ qabel minħabba ħażniet jikbru ta żejt fl-Istati Uniti u tnaqqis mfit-tħassib dwar tkabbir iminenti fil-kunflitt bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

Il-prezzijiet kienu qrib fejn kienu qabel l-attakk Amnerikan li qatel ġenerali Iranjan li wassal għal attakki bil-missili Iranjani fuq bażijiet fl-Iraq fejn hemm suldati Amerikani u b’hekk iż-żejt tela għall-ogħla prezz f’erba xhur.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu llum u irtiraw mill-ogħla prezz f’seba snin tal-bieraħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar