Il-prezz taż-żejt jistabilizza ruħu – żieda fil-ħażniet fl-Istati Uniti

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet taż-żejt stabbilizzaw ruħhom waqt li l-boroż Ewropew kellhom negozju negattiv.

L-ewro żdied marġinalment kontra d-dollaru għal $1.1329, waqt li l-waqgħa riċenti fil-bejgħ kontra d-dollaru pprovidet lok għal aktar tnaqqis.

L-isterlina kienet soda għal $1.2550 u 90.05 pence kull ewro, jum wara li kienet laħqet l-ogħla livell kontra ż-żewġ muniti, mingħajr ma ntlaqtet mill-pjani mħabbras miċ-Chancellor of the Exchequer Rishi Sunak  biex iqajjem l-ekonomija. Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-gvern ser iħallas bonusis lil min iħaddem biex jieħdu lura lill-ħaddiema mill-iskema li kien ħabbar qabel il-gvern.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew, hekk kif iż-żieda fl-infezzjonijiet mill-coronavirus heddedt l-irkupru fl-ekonomija gloali, b’żidiet fis-setturi tad-difiża jgħinu ikunu limitati t-telf.

Il-prezzijiet tal-ishma fl-Istati Uniti kienu qed  jimmarkaw lejn ftuħ tajjeb, jum wara li d-Dow Jones waqqaf jumejn ta’ żieda bi tnaqqis ta’ 1.5%. L-S&P 500 u n-Nasdaq ukoll waqfu minn ħames sessjonijiet ta’ żidiet bi tnaqqis ta’ 1%.

Ishma

Is-suq lokali tal-ishma illum kien kwiet b’ishma varji jkunu negozjati bla bidla fil-prezz. Il-GO kienu l-uniċi negattivi bi tnaqqis ta’ 0.58%. Il-Bank of Valletta, l-International Hotel Investments, u l-Malta Properties Company u Simonds Farsons Cisk kienu negozjati bla mopviment fil-prezz.

Il-Malta International Airport żdiedu b’0.88% għal €5.75, u t-Trident Estates marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.04%.

Bonds

Is-suq lokali tal-bonds llum kien negattiv bil-maġġoranza tal-bonds f’territorju negattiv.

It-Tumas Investments 2027 kienu fuq quddiem tat-telf bi 3.27%, l-SD Finance  2027 tilfu 0.98%, il-GAP Group 2022 tbaxxew b’0.59%, il-Hal Mann Vella Group  2024 tilfu 0.58%, il-Premier Capital 2026 tilfu 0.49%, il-Bank of Valletta 2030 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.47% u s-6PM Holdings 2025 tilfu 0.28%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt kienu b’mod ġenerali stabbli għar-raba’ sessjoni in fila, b’żieda fil-ħażniet fl-Istati Uniti u żieda fl-infezzjonijiet tal-coronavirus ukoll fl-Istati Uniti waqqfu l-irkupru riċenti li beda wara l-illaxkar tal-miżuri.

Il-prezz tad-deheb qabez l-$1,800 kull uqija għall-ewwel darba mill-2011 hekk kif qed tiżdied il-biża dwar it-tifrix mgħaġġel tal-coronavirus u dan wassal biex l-investituri jsib kenn f’assi siguri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

L-Isterlina avvanzat 0.5% kontra dollaru aktar dgħajjef hekkkif il-pakkett ta rkupru minħabba l-Coronavirus waqa fil-Kungress u tbaxxa d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan. L-Isterlina telgħet għal-livell ta’ qabel il-pandemija u kienet qed…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Id-dollaru rkupra kontra grupp ta’ muniti rivali wara bejgħ ta’ muniti u d-domanda għal assi sikuri taw lill-munita Amerikana xi ftit tan-nifs wara l-agħar xahar f’10 snin. L-ewro tilef 0.6%…

Aktar