Barranin
Il-prezz taż-żejt jitla’ għall-ogħla livell f’erba’ snin

Muniti

Id-dollaru llum tela’ għall-ogħla livell f’disat ijiem minħabba żieda fl-ishma u t-tħassib li l-pressjonijiet inflazzjonarji fl-Istati Uniti ser jiżdiedu, għalkemm it-tħassib dwar żieda fil-kunflitt kummerċjali illimita ż-żidiet.

L-ewro ma qabax il-momentum, u żdied biss b’0.02 għal $1.674. Barra dan, il-munita unika tbaxxiet b’0.14% kontra l-isterlina, u żdiedet 0.45% kontra l-yen u 0.28% kontra l-frank Żvizzeru.

Indiċi

Settur tal-midja li ssaħħaħ tentattiv biex tinxtara l-kumpanija Ingliża tal-pay-tv, Sky, għolla lill-ishma Ewropej ‘il fuq, u għenhom sabiex jistabbilizzaw wara telf qawwi fis-sessjoni ta’ qabel minħabba l-biża’ ta’ gwerra kummerċjali.

Il-FTSE 100, DAX, STOXX 50 u CAC40 kienu kollha f’territorju pożittiv bil-FTSE 100 jiżdied l-aktar b’0.92%.

Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.62% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.081% fl-Indiċi tal-Borża ta’# Malta.

Shares u Bonds

Il-Plaza Centres u l-HSBC Bank Malta żdiedu b’aktar minn 0.50%. Il-Bank of Valletta, il-Malita Investments, il-Malta International Airport u l-RS2 Software baqgħu bla ċaqliq. Il-Malta Properties Company tilfu 2.00%.

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.83%. Min-naħa l-oħra, is-6PM Holdings 2025, il-GlobalCapital 2021, il-Virtu Finance 2027, il-MIDI 2026 u l-75% Medserv 2026 tbaxxew b’aktar minn 0.10%.

Prodotti Essenzjali

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija qalet li l-provvista żejda dinjija taż-żejt tista’ titbaxxa minħabba diversi waqfien twal, li sostnew il-prezzijiet iżda qed jheddu t-tkabbir fid-domanda.

It-tnaqqis mistenni fl-esportazzjoni Iranjana din is-sena minħabba sanzjonijiet ġodda mill-Istati Uniti, flimkien ma’ tnaqqis mill-Veneżwela u waqfien fil-Libja, fil-Kanada u fil-Baħar tat-Tramuntana wasslu biex fl-aħħar ġimgħat il-prezzijiet jogħlew għall-ogħla livell mill-2014.

L-OPEC u produtturi ewlenin oħrajn fosthom ir-Russja wieġbu għan-nuqqas billi kabbru l-produzzjoni, bl-Arabja Sawdija tgħid li lesta ssostni s-suq hekk kif il-President Trump akkuża lill-grupp li qed jgħolli l-prezzijiet.

Il-Brent żdied b’0.46% għal $74.44 waqt li l-US Light crude tela b’0.88% għal $71 kull barmil.

Fil-qasam tal-metalli prezzjużi, id-deheb żdied b’0.21% waqt li kien hemm Żieda ta’ 0.26% fil-prezz tal-fidda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Aktar