Lokali
Il-prezz taż-żejt jitla’ għall-ogħla livell f’sentejn u nofs

Muniti kontra l-ewro

Id-dollaru estenda ż-żidiet kontra l-yen u għal ftit ħin naqqas it-telf kontra l-ewro llum wara li l-istatistika wriet li l-ekonomija tal-Istati Uniti ħolqot aktar impjiegi fis-settur privat milli kien mistenni matul ix-xahar li għadda. Dan jissuġġerixxi li l-Federal Reserve għadu fit-triq li jżid ir-rati tal-interessi diversi drabi din is-sena.

L-isterlina llum żdiedet fil-valur wara li għadd ta’ stħarriġ wrew li s-settur dominanti tas-servizzi irkupra sewwa x-xahar li għadda għalkemm l-investituri baqgħu kawti li jkomplu jżidu l-valur tal-isterlina minħabba nuqqas ta’ fatturi.

Indiċi

Id-Dow Jones Industrial Average illum qabeż il-limitu ta’ 25,000 għall-ewwel darba, qrib ir-rekords li laħqu l-indiċi maġġuri oħrajn din il-ġimgħa. Dan seħħ minħabba li tisħiħ fl-impjiegi fis-settur privat saħħaħ l-ottimiżmu tal-investitur. L-indiċi ewlenin kollha kienu f’territorju pożittiv bil-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u d-DAX jiżdiedu b’0.28%, 1.64% u 1.43% rispettivament.

Ishma lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali il-GlobalCapital kien fuq quddiem b’żieda ta’ 2.56%. Il-bqija għalqu f’territorju negattiv bil-Malta Properties Company jitilfu 8.33%.

Bonds lokali

Kien hemm bosta movimenti fis-suq tal-bonds lokali llum. L-iStivala Group Finance 2027 u l-International Hotel Investments 2024 żdiedu b’0.88% u 0.49%. Il-Medserv 2026 tilfu 0.03% u 0.23% rispettivament.

Indikaturi ekonomiċi

L-għadd ta’ Amerikani li applikaw għall-benefiċċju tal-qgħad żdied għat-tielet ġimgħa konsekuttiva, iżda dan x’aktarx ma jissuġerix ċaqliqa materjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għax kienu stmati wkoll l-istatistika għal diversi stati fosthom Kalifornja.  Id-Dipartiment tax-Xogħol qal li t-talbiet inizjali żdiedu bi 3,000 għal 250,000.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ għall-ogħla livell minn Mejju 2015 illum, mgħejjun mill-inkwiet fl-Iran li qajjem tħassib dwar ir-riskji għall-provvista, it-temp kiesaħ fl-Istati Uniti li qed ikabbar id-domanda u t-tnaqqis fil-produzzjoni immexxi mill-OPEC.

Il-prezz tad-deheb baqa’ qrib l-ogħla fi tliet xhur u nofs hekk kif il-prospetti ta’ aktar żidiet fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti illimita l-irkupru riċenti, waqt li l-palladju laħaq l-ogħla livell li qatt laħaq minħabba ftit provisti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Aktar