Barranin
Il-prezz taż-żejt jiżdied b’aktar minn 3% wara li l-Iran waqqa’ drone militari Amerikan

Muniti

Id-Dollaru llum tilef kontra l-muniti rivali tiegħu u jinsab riesaq lejn l-akbar waqgħa f’jumejn f’sena wara li l-bank ċentrali wera li lest li jnaqqas ir-rati tal-interess anke sax-xahar id-dieħel. Il-waqgħa kbira fil-valur tad-Dollaru ħasdet b’sorpriża lis-swieq finanzjarji u sfurzat lil xi hedge funds, li xtraw għadd ta’ Dollari qabel id-deċiżjoni dwar ir-rata, biex ibiegħhom.

L-Isterlina tilfet xi ftit miż-żidiet tagħha kontra d-Dollaru u tilfet kontra l-Ewro llum wara li l-Bank of England baxxa t-tbassir għat-tieni kwart tas-sena u nnota xi riskji mit-tensjoni kummerċjali globali li qed tikber u Brexit bla ebda ftehim.

Indiċi

L-ishma Ewropej laħqu l-ogħla livell f’sitt ġimgħat illum, hekk kif l-investituri daħlu f’assi aktar riskjużi wara li l-Federal Reserve ngħaqad ma’ numru dejjem jikber ta’ banek ċentrali li taw sinjal ta’ stimulu monetarju. L-istqarrija tal-Federal Reserve, wara li kienu għalqu s-swieq finanzjarji Ewropej, wriet li tnaqqis fir-rati tal-interessi jista’ jsir matul Lulju, u dan għolla l-valur tal-ishma fil-Boroż Amerikani u Asjatiċi, bid-dħul mid-Dollaru u l-bonds tal-gvern jitbaxxa.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Malta Properties Company żdiedu bi 3.91%, il-Medserv b’1.79% segwiti minn FIMBank b’1.67%. Is-Santumas Shareholdings kienu l-aktar li tilfu, bi 2.37%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-SD Finance 2027 żdiedu bi 2.49%; is-6PM Holdings 2025 b’1.38%, il-Mediterranean Investments Holding 2021 b’0.99%.

Fin-naħa negattiva kien hemm il-Grand Harbour Marina 2027 b’1.92% segwiti minn Mercury Projects Finance 2031 b’0.96%.

Il-prezz taż-żejt żdied b’aktar minn 3% għal aktar minn $63 illum wara li l-Iran waqqa’ drone militari Amerikan, u dan kabbar il-biża’ ta’ konfrontazzjoi militari bejn l-Iran u l-Istati Uniti.

L-istennija li l-Federal Reserbve jista’ jnaqqas ir-rati tal-interessi fil-laqgħa li jmiss biex jiżdied it-tkabbir fl-akbar ekonomija li tikkonsma żejt u tnaqqis fl-inventarji taż-żejt Amerikan, kollha sostnew il-prezzijiet.

Il-Brent, il-punt ta’ referenza globali żdied bi 3.35% għal $63.55 waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied b’4.50% għal $56.09.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar