Barranin, Lokali
Il-prezz taż-żejt jiżdied għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina għoliet lejn id-$1.30 għal darba oħra llum, biċ-ċifri juru li l-ispekulaturi naqqsu ċ-ċansijiet li l-munita Ingliża titbaxxa bl-akbar ammont f’sena u t-tielet l-akbar fir-rekords.

Id-dollaru Kanadiż żdied għall-ogħla rata tiegħu f’aktar minn ġimagħtejn waqt li d-dollaru Awstraljan kellu l-ogħla livell fi 12-il jum illum hekk kif żieda fil-prezzijiet taż-żejt wassal għall-irkupru fil-muniti marbuta mal-prodotti essenzjali.

Indiċi

L-istokks Amerikani llum kienu mistennija jiftħu f’territorju pożittiv mgħejjuna mill-ishma tal-enerġija wara li l-prezzijiet taż-żejt laħqu l-ogħla livell fi tliet ġimgħat illum wara l-ftehim tal-Arabja Sawdija u r-Russja biex jestendu l-ftehim dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni sa Marzu 2018.

Wara bidu tajjeb fil-ftuħ tas-swieq illum, l-ishma Ewropej irtiraw f’territorju negattiv minkejja żieda fil-prezzijiet taż-żejt u żidiet fl-ishma tad-ditti tas-sigurtà fis-software wara l-attakk fuq il-kompjuters ta’ nhar il-Ġimgħa. Iż-żidiet kienu limitati għax numru ta’ stocks b’saħħithom kienu qed jiġu nnegozjati ex-dividend.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma llum kien ġeneralment negattiv. Il-Lombard Bank Malta żdied bi 3.91%; iżda kien hemm tnaqqis ta’ 0.29% fil-GO; 0.84% fil-PG; 1.85% fil-Malta Properties Company; 2.50% fil-MaltaPost; 3.85% fil-FIMBank u 7.41% fil-Medserv.

Bonds

Is-sentiment fis-suq lokali tal-bonds kien wieħed pożittiv. Kien hemm żidiet ta’ 0.65% fil-Gasan Finance 2019/21; 0.48% fid-Dizz Finance 2026; 0.46% fl-International Hotel Investments 2025; 0.45% fil-United Finance 2023 u 0.40% fil-Ħal Mann Vella Group 2024.

Iżda l-International Hotel Investments 2026 u l-Island Hotels Group Holdings 2024 tilfu 0.44% u 1.36% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

L-indiċi tal-prezzijiet tal-produzzjoni fil-Ġappun żdied aktar milli kien mistenni x-xahar li għadda. Fir-rapport tiegħu, il-Bank of Japan qal li dan l-indiċi żdied għal rata annwali ta’ 2.1% minn 1.4% fix-xahar ta’ qabel. L-analisti kienu qed jistennew li l-indiċi jitla’ għal 1.8%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt illum tela’ għal aktar minn $52 kull barmil, l-ogħla fi tliet ġimgħat, wara li l-esportaturi ewlenin, l-Arabja Sawdija u r-Russja qalu li l-qtugħ fil-produzzjoni għandu bżonn jibqa’ sal-2018, pass li ser jestendi l-ftehim immexxi mill-OPEC biex ikunu sostnuti l-prezzijiet għal żmien aktar milli kien maħsub qabel.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll għolew illum għax l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti li kienet dgħajfa aktar milli mistennija u t-test missilistiku mill-Korea ta’ Fuq fi tmiem il-ġimgħa tefgħu pressjoni fuq id-dollaru.

Banif daily tables 15 05 17

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar