Il-prezz taż-żejt jiżdied, jonqos dak tad-deheb u l-fidda

Muniti

Ir-rata tal-ewro qed titħabat mar-rata ta’ $1.1600 kull ewro bil-munita Amerikana qed tkun negozjata b’rati differenti fis-swieq tal-kambju hekk kif qed jippersisti sentiment ta’ kawtela.

Id-domanda għad-dollaru hija limitata biż-żieda fid-dħul mill-bonds tal-Gvern turi titjib fis-sentiment tas-suq. L-ishma Ażjatiċi tilfu iżda dawk Ewropej kienu f’territorju pożittiv u dan ta spinta lill-ishma bi prezz futur.

F’dik li hija statistika, il-Markit tal-Ġermanja ħarġu ċ-ċifri finali tas-settur tas-servizzi għal Settembru. Il-parti l-kbira tal-indiċijiet fl-Ewropa ġew riveduti ‘il fuq bl-indiċi Ġermaniż ikkonfermat fil-livell ta’ 56.2.

Madankollu, ir-rapport uffiċjali jinnota li r-rata ta’ tkabbir battiet minn dik murija f’Lulju u Awwissu. Ukoll, is-settur tas-servizzi tal-UE kien xi ftit aħjar minn dak antiċipat u mmarka 56.2 għalkemm indika tkabbir moderat minħabba kwistjonijiet ta’ provvista.

L-UE ppublikat l-indiċi tal-prezzijiet tal-produzzjoni għal Awwissu li żdied 1.1% minn xahar għal xahar u 13.,4% minn sena għal sena u ma laħaqx l-aspettattivi.

Għal dak li jirrigwarda l-Istati Uniti, il-pajjiż ppubblika l-Bilanċ Kummerċjali tal-Oġġetti u Servizzi li wera żbilanċ aktar milli mbassar ta’ $73.3 biljun.

Markit aktar tard kellu jippubblika l-istatistika tas-servizzi fl-Istati Uniti bil-pajjiż jippubblika l-indiċi uffiċjali ISM, imbassar għal-livell ta’ 60 f’Settembru, li tbaxxa minn 61.7 f’Awwissu.

Indiċi

Fl-indiċijiet globali kienet fil-maġġor parti ġurnata pożittiv bl-unika eċċezzjoni il-Ġappun fejn it-Topix temm il-jum bi tnaqqis ta’ 1.33%.

Wall Street kien riesaq lejn żieda ta’ qrib il-1% u dan influwenza s-sentiment tal-Ewropa fejn l-indiċijiet kollha kienu qed juru żidiet inkoraġġjanti. L-indiċi lokali kellu żieda ta’ 0.12%.

Ishma

Fl-ishma lokali żieda ta’ kważi 9% fil-Lombard Bank għelbet movimenti oħra li kienu kollha fin-negattiv.

Il-BMIT Technologies u l-Plaza Centres tilfu madwar nofs punt perċentwali, l-RS2 Software tilfu l-aktar illum għalkemm mhux drammatika bi tnaqqis ta’ 1.14% normali min-naħa tal-ishma.

Il-GO, il-Malta International Airport u l-PG kienu negozjati bla movement bil-prezz.

Bonds

Il-bonds lokali ppreferew in-naħa pożittiva.

Il-Cablenet u l-Medserv għamlu żieda ta’ aktar minn 1% bil-Cablenet 2020 bi fi ftit aktar.

L-iStivala u l-Mercury Project Finance b’żidiet ta’ ftit inqas minn 15%, i-MIDI tilfu kważi 2% bl-iSmartcare jitilfu 2.65%.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt u tal-metalli prezzjużi mxew f’direzzjonijiet opposti biż-żejt ikollu żidiet ta’ madwar 1.7% waqt li d-deheb u l-fidda tilfu ftit, madwar 1%.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.