Barranin
Il-prezz taż-żejt jiżdied wara li bastiment Amerikan qered drone Iranjan

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali, ilbieraħ il-President tal-Federal Reserve ta’ New York, John Williams argumenta favur miżuri minn qabel biex ikun evitat li wieħed irid jiġġieled inflazzjoni baxxa ħafna u rati ta’ interessi.

Uffiċjali mill-Istati Uniti u miċ-Ċina tkellmu lbieraħ hekk kif iż-żewġ l-akbar ekonomiji fid-dinja qed jippruvaw jilħqu ftehim dwar il-gwerra kummerċjali li ilha sejra sena bis-Segretarju tat-Teżor Ammerikan, Steven Mnuchin jisuġġerixxi li jistgħu jsegwu taħditiet wiċċ imb wiċċ.

L-Isterlina baqgħet soda wara li ħarġu ċifri aħjar milli kienu mistennija dwar il-bejgħ bl-imnut u wara li l-leġiżlaturi Britanniċi approvaw miżuri li jagħmluha aktar iebsa li l-prim ministru li jmiss jisforza Brexit bla ftehim billi jissospendi x-xogħol tal-Parlament.

L-Isterlina kienet fir-rata ta’ $1.2552 u fil-firxa bejn 0.9050 pence u 0.8950 pence kontra l-ewro din il-ġimgħa. L-Isterlina kienet l-agħar li marret fost il-muniti tal-G10 b’telf ta’ 0.2%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew illum hekk kif kibret it-tensjoni fil-Lvant Nofsani wara li bastiment tan-Navy Amerikan qered drone tal-Iran, punt kruċjali għall-provvista taż-żejt.

Il-prezzijiet ta’ referenza taż-żejt mhux raffinat xorta kienu għadhom resqin lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’7 ġimgħat wara li kienu waqgħu sewwa fil-bidu tal-ġimgħa minħabba tamiet li setgħu jonqsu t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani kif ukoll tħassib dwar id-domanda u l-effett li qed jonqos mill-maltempati fl-Istati Uniti.

Il-Brent żdied b’1.3% għal $62.74 wara li kien żdied għal $63.32. Il-Brent ilbieraħ tilef 2.7%, u b’hekk tbaxxa għar-raba’ sessjoni infila biex riesaq lejn tnaqqis ta’ kważi 6% għal din il-ġimgħa.

Il-West Texas Intermediate żdied b’1.1% għal $55.89 wara li kien laħaq is-$56.36. Huwa kien tilef 2.6% fis-sessjoni ta’ qabel biex riesaq lejn telf f’ġimgħa ta’ aktar minn 6%.

Il-prezz tad-deheb qabeż il-livell importanti ta’ $1,450 kull uqija għall-ewwel darba minn Mejju 2013, wara li kummenti minn uffiċjali tal-Federal Reserve kabbru l-aspettattiva ta’ tnaqqis fir-rata tal-interessi, waqt li aktar tensjonijiet fil-Lvant Nofsani sostnew il-prezz tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar