Barranin
Il-prezz taż-żejt jogħla b’aktar minn kemm kien f’Lulju

Id-Dollaru waqa’ għall-inqas rata fi kważi xahar kontra grupp ta’ muniti rivali hekk kif il-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-Messiku bil-għan li jkun aġġornat in – North American Free Trade Agreement  kabbar is-sentiment favur assi aktar riskjużi.

Bil-bank ċentrali Ċiniż jippermetti li l-munita tiegħu tissaħħaħ kontra dik Amerikana permezz ta’ iffissar kuljum, xi strateġisti qalu li t-tensjonijiet kummerċjali jistgħu qed jonqsu għalissa.

L-Istati Uniti u l-Messiku lbieraħ qablu li jaġġornaw in-North American Free Trade Agreement , in-NAFTA, u b’hekk tefgħu pressjoni fuq il-Kanada biex tiftiehem termini ġodda sabiex il-kummerċ tal-vetturi u r-regoli għas-soluzzjoni ta’ tilwma jibqgħu parti mill-ftehim bejn it-tliet pajjiżi.

L-Ewro żdied 0.27% għal $1.1709 minkejja tħassib li d-dejn pubbliku tal-Italja jista’ jeċċedi l-limiti tal-Unjoni Ewropea ta’ 3% tal-prodott domestiku gross.

L-Ewro żdied ukoll 0.10% kontra l-Isterlina; 0.21% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.26% kontra il-Yen. Huwa tbaxxa 0.07% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.11% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw llum wara il-ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Messiku bl-ishma tal-karozzi jgawdu jum ta’ żidiet f’ġurnata kwieta għal aħbarijiet dwar kumpaniji.

Il-FTSE 100 żdied b’0.30%; l-iSTOXX 50 b’0.04%; id-DAX b’0.18% u l-CAC 40 b’0.31%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.22% ogħla wara li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.639%.

Ishma

 Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Plaza Centres u l-Malta Properties Company żdiedu b’aktar minn 0.40% bil-Plaza Centres juru żieda ta’ 0.98% għal €1.03.

Simonds Farsons Cisk, Malta International  Airport, Trident Estates, RS2 Software u MIDI plc  kienu fost dawk li tilfu fil-prezz b’aktar minn 0.60%. L-RS2 Software u l-MIDI tilfu l-aktar b’4.20% u 4.67% rispettivament.

Bonds

 Fil-bonds lokali, il-Hudson Malta 2026, Il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje), il-Von der Heyden Group Finance 2024, il-Hili Finance Company 2028 u l-Bank of Valletta 2019  kienu fost dawk li żdiedu fil-prezz b’aktar minn 0.05%.

Dizz Finance 2026 u l-Grand Harbour Marina 2027 kienu fost dawk li tilfu fil-prezz b’aktar minn 0.10% biex għalqu bil-prezz ta’ €104.50 u €103.00 rispettivament.

Komoditajiet 

Il-prezz taż-żejt żdied lejn l-ogħla livell minn kmieni f’Lulju, minħabba evidenza ta’ żidiet modesti fil-produzzjoni mill-OPEC u titjib fid-domanda mir-raffineriji Ċiniżi.

Il-Brent wera żieda ta’ 0.64% għal $76.74 waqt li l-U.S. Light crude tela b’0.06% għal $68.91.

Kien hemm tnaqqis ta’ 0.02% fil-prezz tad-deheb u ta’ 0.17% fil-prez ztal-fidda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Barranin

L-ewro żdied, mgħejun mill-aħbar dwar domanda li qed tikber għall-munita unika fil-pjani tal-banek Ġappuniżi għal xiri ta’ negozju ta’ bosta biljuni minn bank Ċermaniż. L-ewro żdied b’0.29% kontra d-dollaru għal…

Aktar