Barranin
Il-prezz taż-żejt jogħla bil-waqfien tal-provvisti minn madwar id-dinja

Muniti

Hekk kif beda l-istaġun li fih joħorġu r-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji għat-tieni kwart tas-sena, l-investituri jidher li qed jinjoraw it-tilwima dwar il-kummerċ li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Minflok il-fok huwa dwar l-istatistika ekonomika diċenti, inkluża dik favorevoli dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti u żieda tajba ferm fl-esportazzjoni Ġermaniża li mbuttaw ‘il fuq kemm id-Dollaru kif ukoll l-Ewro.

Il-Federal Reserve huwa mistenni li jżid ir-rati tal-interessi darbtejn oħra din is-sena fi żmien meta banek ċentrali ewlenin oħrajn qed iżommu ‘l bogħod milli jissikkaw il-politika monetarja. Id-Dollaru jista’ jgawdi aktar jekk l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur fl-Istati Uniti tmur lil hinn mit-tbassir. L-Ewro tbaxxa b’0.43% għal $1.1698.

Barra dan, l-Ewro tbaxxa b’0.34% kontra l-Isterlina, 0.11% kontra l-Yen u 0.12% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum hekk kif l-investituri warrbu t-tħassib dwar gwerra kummerċjali biex iffokaw fuq ir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji li ser joħorgu u li mistennija juru riżultati tajbin ferm.

Il-FTSE 100, id-DAX, l-iSTOXX 50 u l-CAC 40 kollha kienu f’territorju pożittiv bil-CAC 40 jiżdied b’0.54%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.49% ogħla waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.122 fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Illum kienet ġurnata kwieta fin-negozju tal-ishma lokali bil-Bank of Valletta, l-HSBC Bank Malta, il-Malita Investments u l-Malta International Airport ma juru ebda bidla fil-prezz. Sadattant il-MIDI, il-PG u l-Mapfre Middlesea tilfu aktar minn 0.41%, 0.75% u 2.06% rispettivament.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021, id-DIZZ Finance 2026 u l-Mediterranean Investments Holdings 2022 żdiedu b’aktar minn 0.40%.

Il-GAP Holdings 2023 tilfu 0.19% għal €102.50.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew minħabba diversi waqfien fil-provvisti li qed jiżdiedu, bin-Norveġja tagħlaq bir taż-żejt hekk kif mijiet ta’ ħaddiema bdew strajk u l-Libya tgħid li l-produzzjoni tagħha tbaxxiet b’aktar min-nofs fix-xhur riċenti. It-tfixkil kompla jżid mat-tħassib dwar il-provvisti madwar id-dinja. Il-produzzjoni fil-Veneżwela waqgħet minħabba nuqqas ta’ investmenti waqt li l-esportazzjoni Iranjana qed issofri minħabba s-sanzjonijiet Amerikani. L-OPEC ftit li xejn għandha kapaċità li timla l-vojt hekk kif qed titħaffef id-domanda għaż-żejt.

Il-Brent żdied b’1.09% għal $79.01 waqt li l-US Light Crude tela’ b’0.38% għal $74.13 kull barmil.

Id-deheb tbaxxa b’0.59% għal $1,250.71 kull uqija waqt li l-fidda tilfet 0.87% għa; $16.02.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Aktar