Barranin
Il-prezz taż-żejt jogħla wara attakk bil-missili fuq tanker Iranjan

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina.

Id-dollaru kien xi ftit aktar dgħajjef kontra l-yuan, id-dollaru Awstraljan u d-dollaru ta’ New Zealand kif ukoll l-ewro, għalkemm il-movimenti kienu minimi minħabba kawtela li rażżnet l-entużjażmu għar-riskju.

L-ishma Ewropej ssaħħew il-Ġimgħa bl-avvanz ta’ ishma ta’ SAP wara li s-CEO tal-kumpanija warrab mill-kariga u fost aspettattivi pożittivi dwar it-taħdidiet bejn Stati Uniti u Ċina u Brexit.

Minħabba dawn ix-xejriet, il-FTSE ta’ Londra tilef 0.3% hekk kif l-ishma tal-kumpaniji li jserrħu fuq l-esportazzjoni ħadu daqqa ‘l isfel minħabba Sterlina b’saħħitha.

Il-Prim Ministru Irlandiż Leo Varadkar qal il-Ħamis li jista’ jintlaħaq ftehim dwar Brexit sal-aħħar ta’ Ottubru wara dik li sejjaħ laqgħa tassew pożittiva mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson.

Il-prezzijiet taż-żejt telgħu l-Ġimgħa filgħodu wara li uffiċjali Iranjani qalu li żewġ missili laqtu tanker Iranjan li kien qed ibaħħar fil-Baħar l-Aħmar.

Il-prezz tal-Brent tela’ 2.07% għal $60.33 kull barmil sad-disgħa ta’ filgħodu ftit wara li ħarġet l-aħbar li l-West Texas Intermediate (WTI) wera qligħ simili.

Il-Kumpanija Nazzjonali Iranjana taż-Żejt qalet lil NBC li t-tanker intlaqat minn żewġ splużjonijiet. Intqal li t-tanker kien qed ibaħħar fil-Baħar l-Aħmar lil hinn mill-kosta tal-Arabja Sawdija, 60 mil ‘il bogħod mill-belt ta’ Jeddah.

L-Associated Press qalet li uffiċjali Sawditi ma kinux disponibbli biex jagħtu kumment.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana mmexxija mill-istat identifikat il-bastiment bħala s-Sabity, u NBC irrappurtaw li ħadd ma weġġa’ mill-ekwipaġġ u kienu qed jaħdmu biex jistabilizzaw lill-vapur. Wara li ż-żejt baqa’ ħiereġ għal bosta sigħat l-aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana qalet li l-ħruġ taż-żejt twaqqaf u s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.

Dan l-aħħar inċident seħħ fost tensjonijiet dejjem akbar fir-reġjun. Attakki bikrin fl-għodwa tal-14 ta’ Settembru fl-Arabja Sawdija laqtu tnejn mill-akbar faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-pajjiż u minħabba f’hekk kellha tingħalaq temporanjament madwar 50% tal-produzzjoni li ssarraf f’aktar minn 5% tal-produzzjoni dinjija ta’ żejt mhux maħdum.

It-Tnejn ta’ wara, il-Brent tela’ b’19.5% għal $71.95 kull barmil fil-ftuħ – l-akbar qabża qatt reġistrata – qabel ma ġie stabilizzat il-qligħ.

Il-prezz tad-deheb stabilizza ruħu l-Ġimgħa u żamm f’firxa żgħira hekk kif l-investituri stennew aktar ċarezza dwar l-inċertezzi globali inklużi l-kummerċ u Brexit u b’hekk id-deheb warrab it-telf inizjali fost tamiet ta’ progress fit-taħdidiet bejn Stati Uniti u Ċina.

Il-palladju, sadanittant, niżel b’0.1% għal $1,698.33 kull uqija iżda żamm qrib l-ogħla livell milħuq il-Ħamis ta’ $1,704.59 kull uqija, lejn qligħ ta’ 2%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar