Il-prezz taż-żejt jogħla wara diżgwid fl-OPEC

Muniti

L-ewro qed ikun innegozjat għal aktar minn $1.1850, marġinalment ogħla għal jum.

Tbaxxa d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u dan għamel pressjoni fuq id-dollaru li kompla bir-reazjoni tiegħu għaċ-ċifri tal-impjiegi li ħarġu nhar il-Ġimgħa.

Statistika tajba dwar il-manifattura fiż-żona ewro sostniet lill-ewro. Il-likwidità llum hija baxxa minħabba vaganza pubblika fl-Istati Uniti.

L-isterlina kienet negozjata għal madwar $1.3850 u ibbenefikat mill-insistenza tal-Prim Ministru Johnson li jneħħi r-restrizzjonijiet fid-19 ta’ Lulju, minkejja żieda fil-każi tal-koronavirus.

Titjib fiċ-ċifri dwar is-settur tas-servizzi għal Ġunju u waqfien ta’ nuqqas ta’ ftehim dwar Brexit ukoll għenu lill-munita Ingliża. Id-dollaru jidher li huwa fuq sieq waħda.

L-investituri Amerikani għandhom tmiem il-ġimgħa twil minħabba Jum l-Indpendenza iżda dan ma jfissirx li d-dollarx baqa kalm.

Kien hemm bejgħ qawwi tal-munita Amerikana wara li ċ-ċifri tal-impjiegi wrew żieda ta’ 850,000 impjieg iżda t-tkabbir fil-paga kien moderat fi 3.6% u aktar importanti l-ħruġ taċ-ċifri serva bħala opportunità biex jinbiegħu ammonti ta’ dollari.

Indiċi

Fl-Istati Uniti l-inidiċijiet kienu magħluqa waqt li fl-Ewropa batew biex isibu direzzjoni. Il-Ġappun għalaq aktar baxx flimkien mal-indiċijiet Asjatiċi waqt li l_FTSE 100 rnexxielu jkollu prestazzjoni pożittiva. L-indiċi lokali tilef 0.38%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu negozjati b’ċaqliq perċentwali akbar minn tas-soltu. Il-Mapfre żdiedu 11.21% waqt li l-RS2 Software tilfu 10%. Il-MIDI tilfu 1%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħallta, aktarx lejn in-negattiv. L-International Hotel Investments 2026 żdiedu 1% segwiti mill-qrib minn Hili. Kien hemm aktar ishma negattivi mill-pożittivi.

Tum Finance u l-Mediterranean Investments Holdings tilfu ftit inqas minn 1%. In-1923 Investments, il-GAP u l-Hili tilfu bejn 1% u 2%.

Prodotti essenzjali

Il-prezz taż-żejt llum għola wara t-tilwimiet fit-tul fl-OPEC fejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda qed jimblukkaw ftehim dwar il-produzzjoni.

Id-deheb resaq lejn l-$1,800 kull uqija.

Dan it-tagħrif kien miġbur minn BNF Bank.