Barranin
Il-prezz taż-żejt kompla jogħla minħabba tnaqqis fil-ħażna taż-żejt Amerikan

Muniti

Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt xhur. Id-dollaru żdied 0.1% kontra l-yen u 0.3% kontra l-Frank Żvizzeru fin-negozju kmieni f’Londra. L-ewro kellu l-inqas rata f’erba’ ġimgħat kontra d-dollaru għal $1.1021.

Id-Dollaru ta’ New Zealand tbaxxa b’0.5% kontra d-dollaru Amerikan u bilkemm irkupra mil-livell baxx tal-ġimgħa li għaddiet wara li stħarriġ mill-bank ċentrali wera li l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni naqsu, u b’hekk kabbru l-istennija tal-investituri li jkun hemm tnaqqis fir-rati tal-interessi din il-ġimgħa.

L-isterlina tbaxxiet mill-ogħla rati tal-aħħar sitt xhur kontra l-ewro u kienet aktar dgħajfa kontra d-dollaru Amerikan illum, hekk kif naqqset il-ħeġġa li kien hemm wara li l-Brexit Party ħabbar li ma kienx ser jikkontesta fl-elezzjoni ġenerali li tmiss is-siġġijiet li kellhom qabel il-Konservattivi.

Indiċi

L-ishma Ewropew ftit inbidlu llum, hekk kif rapporti finanzjarji pożittivi minn Deutsche Post u Infineon kienu bbilanċjati minn kawtela qabel id-diskors tal-President Trump li jista’ joffri ħjiel dwar it-taħditiet kummerċjali maċ-Ċina.

Wall Street kienet riesqa lejn ftuħ ta’ negozju bla ebda żieda, għax l-investituri qed jistennew id-diskors ta’ Trump.

Fix-xena lokali, kien hemm tnaqqis ta’ 0.47% fl-ishma tal-GO; 1.36% fil-Malta International Airport; 0.93% fil-Mapfre Middlesea; 0.70% fil-MIDI u 3.80% fil-PG. F’territorju pożittiv kienu l-ishma tal-RS2 Software b’żieda ta’ 3.77%. Is-Santumas Shareholdings tbaxxew b’1.41%.
Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-6.00% AX Investments 2024 tilfu 0.22%; il-Me Direct 2024-2029 EUR tbaxxew b’0.25% u l-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje) tilfu 0.5%. Fin-naħa pożittiva, kien hemm l-i Stivala Group Finance 2029 b’0.49%; il-Grand Harbour Marina 2027 b’0.95%; l-SD Finance 2027 b’1.28% u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) b’0.94%.

Il-prezz taż-żejt kompla jogħla ‘l fuq mit-$62 kull barmil, sostnut minn tamiet li l-President Trump jista’ jħabbar progress fit-taħditiet kummerċjali maċ-Ċina u minħabba tnaqqis fil-ħażniet taż-żejt Amerikani. It-tħassib dwar effett ħażin fuq it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għaż-żejt minħabba t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baxxew il-prezzijiet ilbieraħ.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew illum minħabba li tamiet ta’ taħditiet kummerċjali pożittivi bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kabbret is-sentiment ta’ riskju, waqt li l-investituri biegħu d-deheb biex jiksbu l-profitt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Barranin

Muniti Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim kummerċjali ġdid maċ-Ċina aktarx ikollu jistenna għal wara l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena d-dieħla. Din l-aħbar sorprendenti laqtet sewwa lid-dollaru Amerikan hekk kif…

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel fin-negozju f’Londra llum hekk kif naqas sentiment ta’ riskju ta’ matul il-lejl imqajjem mill-inkwiet dwar Hong Kong bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Iċ-Ċina wissiet…

Aktar