Il-prezz taż-żejt mhux raffinat jagħlaq bl-inqas prezz għal din il-ġimgħa

L-ewro tbaxxa lejn id-$1.19 u b’hekk tilef ir-rata ta’ $1.20 wara l-istqarrija tal-Federal Reserve hekk kif id-dħul mill-bonds ta’ 10 snin tal-Istati Uniti laħqu livelli ogħla minn 1.75%. L-Ewropa qed titħabat mat-tqassim tal-vaċċin. Investituri għadhom qed jeżaminaw l-istqarrija moderata tal-Federal Reserve, li iżda taċċetta spejjeż oghħla għas-self fuq terminu twil.

Analista tas-swieq finanzjarji ġie ikkwotat li qal li l-Federal Reserve ssorprenda billi ta sinjali li huwa ser jgħolli r-rati ta’ interessi fl-2024. Barra minn dan, ir-reazzjonijiet tal-Federal Reserve issa huma bbażati fuq r-riżultat aktar milli jipprova jkun qabel l-iżviluppi fl-ekonomija. L-istituzzjoni ser tibda titkellem dwar tnaqqis fix-xiri tal-bonds jew żieda fir-rati wara li l-ekonomija tkun avvanzat b’mod sinifikattiv.

L-Isterlina tbaxxiet lejn madwar $1.39 wara li l-Bank of England qal li qed jistenna għal evidenza ċara ta’ progress fl-inflazzjoni qabel ma jissikkja l-politika monetarja. Sadattant, l-Ekonomista Ewlieni fil-Bank of England, Andy Haldane qal li ma jaħsibx aktarx iva milli le li dalwaqt ikollna rkupru. Ser ikun hemm xi daqqiet aktrarx fuq dawk inqas vantaġġati fis-suq tax-xogħol.

Indiċi

Wara li lbieraħ għalqu f’territorju pożittiv bl-investituri jilqgħu l-impenn tal-Federal Reserve li jżomm il-politika monetarja moderata tiegħu għal żmien twil, l-indiċijiet f’Wall Street illum fetħu mħaltin. Id-Dow Jones żdied 0.32%; l- S&P 500 kien qed jitlef 0.5% u n-Nasdaq tilef 1.4%. L-indiċijiet maġġuri l-oħra kollha kienu pożittivi bid-DAX żdied 1%. L-indiċi ilokali wera żieda ta’ 0.64%.

Ishma

Kien jum pożittiv għall-ishma lokali bit-Trident Estate jiżdiedu aktar minn 13% segwiti minn Lifestarl bi 2.5% u l-GO b’1.71%. Il-Malita Investments, il-Maltapost, il-Harvest Technology u l-RS2 Software kollha avvanzaw. Iż-żidiet kienu ta’ 1.12% fil-Malita u l-RS2 Software kellhom l-inqas żieda ta’ 0.56%. Tlitt ishma kienu negozjati bla bidla fil-prezz.

Bonds

Dak li ġara fil-bonds lokali kien kważi l-opposti. Together Gaming Solutions kienu l-uniku bonds li wera żieda, ta’ 1%. Is-sitta l-oħra kellhom it-telf bl-inqas li sofrew kienu tal-Bank of Valetta b’ 0.35%. L-Internastional Hotel Investments, il-Halmann Vella, Hili Properties u x-Shoreline tilfu bejn il-1.29% u kwazi 3% għal tal-aħħar.

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat baqgħu taħt pressjoni u taħt il-livell ta’ $63.00 biex wrew l-inqas prezzijiet għal din il-ġimgħa. Il-prezzijiet tal-West Texas Intermediate kien fuq id-difensiva għal ħames sessjoni konsekuttiva hekk kif l-investituri komplew jistudjaw is-saħħa tad-dollaru, il-pandemija li għadha sejra u ż-żieda riċenti fil-provvisti taż-żejt mhux raffinat mill-Istati Uniti.

Id-deheb ipprova jaqbeż il-limitu ta’ $1,730, iżda dan kien limitat miż-żieda ta’ malajr fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan. Id-deheb u l-fidda kienu qed jitilfu taħt il-1% wara nofsinhar ħin lokali.