Barranin
Il-prezz taż-żejt mhux raffinat laħaq l-ogħla livell minn Ottubru 2018

Muniti

L-ewro qed ikun innegozjat ‘il fuq minn $1.22 u bbenefika mis-sentiment tajjeb tas-suq u minn statistika dwar il-manifattura miż-żona ewro aħjar milli kienet mistennija. Anke l-inflazzjoni għelbet l-estmi bi 2% matul Mejju.

L-isterlina tbaxxiet taħt id-$1.42 hekk kif il-munita Amerikan qed tipprova tirkupra fost dħul itjeb mill-bonds tat-Teżor. Tħassib dwar it-tielet mewġa tal-coronavirus fir-Renju Unit għeleb il-kampanja rapida ta’ tilqim fil-pajjiz fl-inluwenza fuq l-isterlina.

Il-pressjoni ta’ bejgħ fuq il-yen turi l-importanza tal-kontinwazzjoni tal-momentum ‘il fuq tal-ewro mal-yen għall-ogħla livell tas-sena ta’ 134 yen kull ewro.

Indiċi

Wara tmiem il-ġimgħa twil, l-indiċijiet fl-Istati Uniti fetħu tajjeb ferm, bid-Dow Jones javvanza aktar minn, 0.4% f’siegħa wara l-ftuħ. Il-boroż fl-Ewropa kienu f’sentiment pożittiv bil-parti l-kbira tagħhom jiżdiedu b’aktar minn 1% sa wara nofsinhar. Id-DAX kien qrib li jagħlaq b’żieda ta’ 1.5% wara ż-żieda ta’ 1% ilbieraħ. L-indiċi lokali tilef 1% f’jum fejn l-ishma kellhom movimenti kbar fil-prezz.

Ishma 

Fl-ishma lokali, l-Malta International Airport u l-Malta Properties Company żdiedu 3% u qrib l-01% rispettivament. It-telf kien aktarx materjali bl-HSBC bl-inqas milquta b’telf ta’ 1%. Il-Bank of Valletta tilef aktar minn 3%. Telf ta’ aktar minn 5% kien fi tliet kumpaniji. Trident tilfu 5%, Simonds Farsons Cik tilfu aktar minn 8% u Lombard Bank tilfu qrib it-12%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar razzjonali u kellu jum kwiet b’erba’ bonds biss ibiddlu l-prezz. Il-Hili Finance 2029 u t-Tumas żdiedu 1.5% u 0.98% rispettivament. Telf iżgħar ta’ 0.1% deher fil-Hili Properties 2025 u ta’ kwart ta’ punt perċentwali fid-Dizz Finance.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat laħaq l-ogħla livell minn Ottubru 2018 ‘il fuq minn $68.80, għalkemm irtira xi ftit wara. L-aħħar prezz kien ta’ $68.50 u b’hekk wera żieda ta’ 3.0% għal ġurnata.

Iż-żejt kompla jżid matul is-sessjoni fl-Amerika ta’ Fuq. Il-momentum huwa sostnut minn prospetti tajbin għall-irkupru ekonomiku mondjali u stennija ta’ żieda fid-domanda matul l-istaġun tas-sewqan tas-sajf fl-Istati Uniti.