Barranin
Il-prezz taż-żejt qrib l-inqas livelli mill-2016

Muniti

Id-dollaru żdied illum hekk kif kumpaniji u investituri fittxew l-aktar munita likwida, hekk kif it-tħassib dwar ħsara ekonomika kompla jbaxxi s-sentiment ta’ riskju.

L-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell kontra d-dollaru Amerikan minn kmieni f’Settembru, hekk kif ir-Renju  Unit żied il-miżuri kontra l-imxija tal-Coronavirus.

L-isterlina ilha qed tirtira minħabba li l-biża’ tal-effett ekonomiku sħiħ tal-pandemija laqtet lis-swieq finanzjarji globali, u wasslet biex l-investituri jfittxu l-assi meqjusa li huma relattivament sikuri, inkluż id-dollaru.

Analisti qalu li l-isterlina hija vulnerabbli wkoll minħabba l-iżbilanċ fil-kontra kurrenti tar-Renju Unit.

Indiċi

Is-swieq tal-ishma llum kellhom taqlib hekk kif iż-żieda tal-bidu sparixxiet u s-swieq saru negattiv u wara li reġgħu pożittivi wara li fetħu s-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti. Id-Dow Jones kmieni wara nofsinhar żdied b’1% hekk kif il-Federal Reserve ħabbar aktar likwidità bin-Nasdaq jiżdied 4%. Id-DAX ukoll kien qed jiżdied 1% sal-4 p.m.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, in-negozju kien l-aktar fin-negattiv bil-MaltaPost jitilfu 4% u telf akbar għal Malita Investments, Trident, Malta Properties u t-Tigne Mall tilfu bejn id-9% u l-15%.

Bonds

L-istess sitwazzjoni kien hemm fil-bonds lokali iżda b’kobor inqas hekk kif it-telf kien taħt it-2% fl-International Hotel Investments 2021 u 2026. Il-Bank of Valletta u l-Eden Finance tilfu aktar minn 3% waqt li l-International Hotel Investments 2024 tilfu aktar minn 8%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt kien qrib it-$30 kull barmil, qrib l-inqas prezz mill-2016, u analisti qalu li huwa mistenni aktar tnaqqis hekk kif il-Coronavirus jolqot id-domanda u l-Arabja Sawdija u r-Russja jiġġieldu għas-sehem fis-suq.

Id-deheb u l-fidda kienu pożittivi llum bid-deheb jiżdied bi 2% u l-fidda b’0.23%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Lokali

Din hi ħarsa ħafifa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020. L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont nsibu storja li tgħid li l-għajnuna tal-Gvern lill-intrapriżi se tiżdied. Il-gazzetta…

Aktar