Barranin
Il-prezz taż-żejt tbaxxa bid-domanda dejjem tonqos minħabba l-pandemija

Muniti

Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi.

Id-dollaru Aswstraljan espost għall-esportazzjoni u l-krona Norveġiża kellhom żidiet qawwija, waqt lil-Isterlina wkoll irkuprat mil-livelli baxxi tal-aħħar ġimgħat, li kienu ppreċipitati mill-ġirja lejn id-dollaru.

Investituri li ppanikjaw minħabba l-biża’ dwar il-pandemija tal-coronavirus kważi likwidaw kollox favur id-dollaru għax din il-munita meqjusa bħala l-aktar waħda likwida fid-dinja hija mqejusa bħala assi sikura fi żminijiet ta’ kriżi.

L-Isterlina estendiet l-irkupru tagħha kontra d-Dollaru Amerikan hekk kif dan tilef wara sinjali ta’ kundizzjonijiet ta’ riskju aktar stabbli matul il-kriżi tal-coronavirus. Skont l-analisti, irkupru fl-ishma globali għen ukoll ladarba l-ekonomija Brittannika hija dipendenti ħafna fus is-swieq finanzjarji.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji mondjali kellhom l-aħjar żieda perċentwali f’jum mill-kriżi finanzjarja tal-2008 u din żiedet madwar $3.4 Triljuni, hekk kif l-Istati Uniti approvat pakkett ta’ stimulu qawwi biex jiġġieled l-effetti tal-pandemija.

Madankollu, il-biża’ rritornat wara li Spanja rrapportat 738 mewt mill-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, l-akbar żieda minn meta bdiet il-panedmija fil-pajjiż.

L-ishma Ewropej issaħħew fl-aħħar jiem wara miżuri ta’ stimulu iżda huma ‘l bogħod milli jkopru t-telf ta’ aktar minn 25% mill-ogħla prezzijiet ta’ Frar hekk kif l-analisti qed ikomplu jkunu negattivi fl-istimi tagħhom.

Wall Street estenda l-irkupru mis-sessjoni ta’ qabel wara li l-amministrazzjoni Amerikana laħqet ftehim għal pakkett ta’ stimulu biex tgħin lin-negozji u lil miljuni ta’ Amerikani milquta mill-effett ekonomiku ħażin tal-pandemija.

Ishma

F’Malta, il-PG tilfu 2.42% u l-BMIT Technologies 0.42%. F’teritorju pożittiv kien hemm il-Bank of Valletta b’1.16%, l-RS2 Software bi 2.94%, l-International Hotel Investments bi 2.97%, Trident Estates bi 3.20% u l-Malta International Airport għal darb’oħra kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 5.29%.

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-parti l-kbira kienu negattiv bil-Premier Capital  2026 ikollhom l-akbar tnaqqis ta’ 9.50%. Simonds Farsons Cisk  2027 tbaxxew b’4.99%, il-United Finance  2023 bi 3.41%, il-Hal Mann Vella Group 2024 bi 2.44%, l-International Hotel Investments  2026 b’1.51% u s-Central Business Centres  2027 tilfu  1.02%. It-Tumas Investments 2027 żdiedu b’1.01%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum minħabba domanda dejjem tonqos minħabba li l-pandemija għelbet lill-pakkett ta’ stimulu mill-Istati Uniti.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll tbaxxew mill-ogħla livell ta’ ġimagħtejn milħuq kmieni llum hekk kif żdied it-tħassib dwar żieda qawwija fl-infezzjonijeit mill-coronavirus.

Il-prezzijiet ta’ referenza tad-deheb kienu qed jiġu nnegozjati inqas mill-prezzijiet futuri fl-Istati Uniti f’sinjal li s-suq huwa mħasseb li r-restrizzjonijiet dwar l-ivvjaġġar u l-għeluq tar-raffineriji ser ifixklu l-fornitura tad-deheb lejn l-Istati Uniti biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet kuntrattwali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi. L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ…

Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum iżda ħa pawsa mill-irkupru qawwi tal-aħħar ġimgħat wara li l-Federal Reserve għen lill-likwidità tal-munita fis-swieq finanzjarji billi għamilha eħfef għal banek ċentrali oħrajn biex jaċċessaw id-dollaru….

Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Aktar