Barranin
Il-prezz taż-żejt u tad-deheb jitbaxxa

Muniti

L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210.

Barra dan, l-ewro tbaxxa wkoll kontra l-Isterlina b’0.18%; kontra l-Yen b’0.16%; u kontra l-Frank Żvizzeru b’0.32%. Il-munita unika żdiedet b’0.82% kontra d-Dollaru Awstraljan u b’0.08% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej komplew jogħlew hekk kif l-investituri flew ir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji u data ekonomika.

Il-FTSE 100 tilef 0.26%; l-iSTOXX 50 żdied b’0.27%; id-DAX avvanza b’0.90% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.05% fil-CAC40.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.06% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.186%.

Ishma

Fl-ishma lokali, it-Tigne Mall, il-Bank of Valletta, il-Malta International Airport u l-RS2 Software avvanzaw fil-prezz b’aktar minn 0.70% bit-Tigne Mall jiżdiedu 2.13% għal prezz ta’ €0.96.

Il-GO, il-BMIT Technologies u l-MIDI tilfu aktar minn 0.90% bil-MIDI jitilfu l-aktar 4.07% għal €0.59.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ aktar minn 0.40% fil-prezzijiet tal-International Hotel Investments 2024, il-Bortex Group Finance 2027, l-Eden Finance 2027 u l-Hili Finance Company 2028, bl-International Hotel Investments 2024 jiżdiedu b’1.62%.

Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026, il-Mediterranean Investments Holding 2021 u l-Medserv 2020/23 tilfu aktar minn 0.90%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa bil-Brent jitlef 0.13% għal $74.44 u l-United States West Texas Intermediate jaqa’ b’0.44% għal $66.04.

Id-deheb tbaxxa b’0.06% għal $1,271.43 waqt li l-fidda tilfet -0.17% għal $14.82.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa taħt id-$1.12 għall-inqas livell kontra dollaru aktar b’saħħtu hekk kif l-investituri evalwaw mill-ġdid l-aspettattivi tagħhom dwar b’kemm jista’ l-Federal Reserve jnaqqas ir-rati tal-interessi dan ix-xahar. In-nominazzjoni tal-President…

Aktar