Barranin
Il-prezz taż-żejt waqa’ b’aktar minn 2%

Muniti

L-Isterlina ssaħħet illum hekk kif l-investituri kkunsidraw jekk il-Gvern Ingliż idewwimx il-Brexit jekk il-Prim Ministru Theresa ma tiksibx appoġġ parlamentari għal ftehim tal-irtirar.

Il-kriżi dwar il-Brexit ser tibqa’ sejra sal-aħħar hekk kif May qed titħabat biex tikseb it-tibdil li trid mill-Unjoni Ewropea sabiex il-ftehim jgħaddi mill-Parlament li huwa maqsum. Hija għandha quddiemha riskju li jkollha tipposponi l-Brexit.

Il-munita Ċiniża, il-yuan, laħqet l-ogħla rata f’seba’ xhur u kemm id-Dollaru Awstraljan kif ukoll dak ta’ New Zealand żdiedu hekk kif il-President Trump ikkonferma li ser jipposponi żieda ppjanata fuq l-importazzjoni Ċiniża.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum, immexxija mill-ishma industrijali u tat-teknoloġija, sostnuti minn tamiet ta’ riżoluzzjoni tat-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wara li Trump ħabbar posponiment taż-żieda fit-tariffi.

Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.36%; l-S&P 500 b’0.65% u n-Nasdaq b’0.77%.

Id-deċiżjoni tal-President Trump wasslet biex l-ishma fl-Ewropa jilħqu wkoll l-ogħla prezz minn Ottubru hekk kif żdiedu l-prezzijiet tal-kumpaniji tal-karozzi u tal-minjieri. L-ISTOXX 50 żdied b’0.5%; u d-DAX b’0.62%.

Il-prezz taż-żejt waqa’ b’aktar minn 2% u tilef iż-żidiet preċedenti wara li l-President Trump qal lill-produtturi tal-OPEC biex jikkalmaw għax il-prezzijiet huma għolja wisq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.28% kontra d-dollaru għal $1.0990 waqt li l-Isterlina żdiedet għal $1.2399. Il-Brexit issa jinsab riesaq wara lil-Gvern tar-Renju Unit issottometta l-aħħar proposti tiegħu lill-Unjoni Ewropea hekk kif…

Aktar