Barranin
Il-prezz taż-żejt waqa’ b’aktar minn 4%

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet mill-ogħla rata f’xahar kontra d-dollaru u l-ewro hekk kif l-investituri rrealizzaw li għadu kmieni wisq għall-ottimiżmu dwar irkupru mill-kriżi tal-coronavirus. L-Isterlina tilfet 1.3% kontra d-dollaru minħabba t-tbassir ekonomiku dinji ikrah mill-Fond Monetarju Internazzjonali, li naqqas sewwa s-sentiment ta' riskju, u b'hekk issaħħaħ id-dollaru.

Il-Fond qal li l-ekonomija globali mistennija li tiċkien bi 3.0% matul l-2020 fi tnaqqis fl-attività minħabba l-pandemija li ser ikun ifisser l-akbar waqgħa mid-Dipressjoni l-Kbira tas-Snin Tletin tas-seklu li għadda.

Id-dollaru rkupra llum fost tħassib li qed jikber li l-ħsara lill-ekonomija globali mill-pandemija ser
tkun twila u mġedda u dan kabbar is-sentiment lejn assi sikuri bħad-dollaru. Waqgħa fil-
prezzijiet taż-żejt minħabba aspettativa li l-qtugħ fil-produzzjoni mill-OPEC jista’ ma jkunx
biżżejjed sabiex jsostni ż-żejt matul l-għafsa fid-domanda globali, dgħajfet ukoll muniti riskjużi
bil-Korona Norveġiża u d-Dolloaru Kanadiż milqutin sewwa.

Id-dollaru Amerikan iddgħajjef fl-aħħar erba sessjonijiet konsekuttivi minħabba ottimiżmu kawt li l-lockdowns kienu qed inaqqsu l-firxa tal-coronavirus. Id-dollaru żdied b’aktar minn 0.9% kontra l-ewro u l-Frank Żvizzeru u b’0.1% kontra l-Yen Ġappuniż.

Indiċi

L-Ishma fl-Ewropa tilfu wara rkupru ta’ ħamest ijiem hekk kif l-ewwel mir-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji saħqu dwar il-ħsara lin-negozju mill-pandemija, waqt li l-ishma tal-enerġija tilfu
minħabba tħassib dwar il-waqgħa fid-domanda għaż-żejt.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn tnaqqis, hekk kif tnaqqis rekord fil-bejgħ bl-
imnut u rapporti finanzjarji ħżiena mill-kumpaniji taw raġun lit-tbassir tal-akbar tnaqqis ekonomiku mis-Snin 30.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma, Simonds Farsons Cisk żdiedu bi 2.17% u l-Bank of Valletta tbaxxew b’1.94%. Il-Malta International Airport u l-RS2 Software it-tnejn kienu nnegozjati iżda bla movimenti fil-prezz. L-HSBC Bank Malta kien pożittiv b’1.05%. Il-Malta Properties Company żdiedu 2.04% u t-Trident Estates avvanzaw bi 3.13%.

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2020 tilfu 7%, il-Mediterranean Investments Holding 2022 tilfu wkoll b’39;5.64%, il-Hili Properties 2025 tbaxxew bi 3.05% u l-Bortex Group Finance 2027 kienu negattivi bi 2.97%. F’territorju pożittiv kien hem mil-Mercury Projects Finance 2027 bi 2.06%, il-Mariner Finance 2024 b’3.50% I l-Premier Capital 2026 b’4.21%.

Il-prezz taż-żejt waqa’ b’aktar minn 4% lejn it-$28 kull barmil illum, taħt pressjoni minn rapporti
ta’ provvista żejda persistenti u domanda li qed tikkrolla minħabba l-lockdowns tal-coronavirus u
nuqqas ta’ xiri koordinat għal ħażna strateġika. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija llum
bassret tnaqqis ta’ 29 miljun barmil kuljum fid-domanda għal April għal livell li qatt ma kienu fl-
aħħar 25 sena u qalet li ebda tnaqqis fil-produżżjoni mhu ser jibbilanċja bis-sħiħ it-tnaqqis
f’terminu qasir fis-swieq.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif issaħħaħ id-dollaru u xi investituri ħadu l-profitt minn żieda fil-prezzijiet dan ix-xahar, iżda t-tħassib li qed jikber dwar riċessjoni globali żamm il-prezz ‘il fuq
minn $1,700 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar