Barranin
Il-prezz taż-żejt żdied b’4% wara suspettat attakk fuq żewġ tankers fil-Golf tal-Oman

Muniti

L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex jilħaq flok Theresa May, qal li huwa jrid li pajjiżu jitlaq mill-Unjoni Ewropea fi tmiem Ottubru anke jekk dan ifisser li jitlaq mingħajr ftehim.

Id-Dollaru Awstraljan ġarrab l-akbar tnaqqis wara li statistika mħallta dwar l-impjiegi wasslet għal tamiet li jkun hemm tnaqqis fir-rati tal-interessi, waqt li l-biża’ tal-investituri dwar attakki suspettati fuq żewġ tankers taż-żejt fil-Golf ta’ Oman sostnew id-domanda għal Yen.

Indiċi

Żieda fil-prezz tal-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni fil-Ġermanja mat-tlestija tal-irkant għall-ispettru tal-5G Mobile tellgħet il-prezz ta’ ishma Ewropej, u b’hekk warrbet ftuħ dgħajjef hekk kif l-investituri qed ikomplu jitħassbu dwar it-tensjonijiet kummerċjali globali.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum, immexxija minn żidiet fl-ishma tal-kumpaniji tal-enerġija, bit-tama ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi żżid is-sentiment. Id-Dow Jones żdied 0.12% mal-ftuħ.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu mħallta bil-MaltaPost juru l-akbar żieda ta’ 5.7%. Il-MIDI żdiedu b’1.67% segwiti minn GO li żdiedu b’0.44%. F’territorju negattiv kienu l-Malta Properties Company bi tnaqqis ta’ 1.56%, il-Plaza Centres b’1.50% u l-Bank of Valletta b’0.39%.

Bonds

Ftit kien hemm movimenti fil-bonds lokali. Il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’1.77%; l-iStivala Group Finance 2027 b’0.48% u l-SP Finance 2029 b’0.10%.

Il-Bortex Group Finance 2027 tilfu 1.07% u l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni ħruġ) naqqsu b’0.28%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’4% illum wara attakk suspettat fuq żewġ tankers fil-Golf ta’ Oman qrib l-Iran u l-Istrett ta’ Ħormuż, li minnu jgħaddu wieħed minn kull ħamsa tal-konsum taż-żejt globali. Dak li kera l-ewwel tanker qal li l-bastiment kien suspettat li intlaqat minn torpedo. Il-maniġer tat-tieni bastiment qal li ġarrab ħsarat bħala riżultat ta’ suspett ta’ attakk iżda ż-żejt ma intmessx.

Il-prezzijiet tad-deheb laħqu l-ogħla livell illum, sostnuti minn tamiet ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve Amerikan wara statistika tal-inflazzjoni dgħajfa, li wkoll kellhom effett kuntrarju fuq id-Dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar