Lokali
Il-prezz taż-żejt żdied lejn il-$41 kull barmil

Muniti

Id-dollaru u muniti oħrajn meqjusa siguri tħabtu biex javvanzaw minkejja t-tħassib dejjem jikber dwar it-tieni mewġa ta’ każi tal-coronavirus, hekk kif l-investituri qed jistennew l-elezzjoni presidenzjali. Il-bieraħ seħħ l-akbar bejgħ qawwi fl-ishma f’xahar u irkupru fis-suq tal-bonds, iżda l-attività fis-swieq tal-kambju baqgħet relattivament baxxa bil-movimenti fil-prezzijiet limitati kmieni llum.

L-isterlina kienet newtrali u analisti jemmnu li mhix ser ktinbidel ħafna anke hjekk r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jilħqu ftehim kummerċjali. Id-dollaru Kanadiż issaħħaħ kontra dak Amerikan hekk kif il-prezzijiet tal-ishma u taż-żejt għolew, bil-munita tirpilja wara għaxart ijiem baxxa fil-jum ta’ qabel meta mewġa kontra r-riskju ħakmet lis-swieq globali.

Indiċi

L-S&P 500 ftit inbidel wara tnaqqis fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-investituri studjaw rapporti finanzjarji mħallta mill-kumpaniji, waqt li jistennew progress fl-istimulu fiskali.

Id-Dow Jones kien taħt pressjoni mill-ishma ta’ Caterpillar Inc u 3M Co wara li l-kumpaniji industrijali rrappurtaw dħul inqas fit-tliet xhur li għaddew. L-ishma Ewropej irkupraw xi ftit mit-telf bikri u l-prezzijiet bil-quddiem jindikaw irkupru f’Wall Street wara li sentiment kontra r-riskju ħakem lis-swieq fil-bidu tal-ġimgħa. Il-CAC 40 kellu l-akbar telf. L-indiċi lokali mexa kontra x-xejra b’żieda ta’ 0.15%.

Shares

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Maltapost kellhom żieda qawwija illum ta’ aktar minn 15%. Investituri fil-Malta Properties u fil-Mapfre raw żieda fil-prezz b’madwar 4% waqt li l-ishma tal-Bank of Valletta kellhom żieda modesta. L-ishma tal-GO 0.67% waqt li l-RS2 Software tbaxxew bi kważi 3%.

Bonds

Fil-bonds lokali is-sitwazzjoni kienet imħalta bl-akbar żieda u l-akbar telf ikunu ta’ madwar 2%. It-TUM Finance żdiedu 1.14%, u dawk tan-1923 investments żdiedu 0.5%. It-telf kien identiku bil-DIZZ Finance jitilfu daqs iż-żieda fin-1923 u l-AX Group tilfu daqs iż-żied fit-TUM Finance. Il-ME Direct tbaxxew 1.48%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żdied lejn il-$41 kull barmil għax kumpaniji taż-żejt għalqu bjar taż-żejt fil-Golf tal-Messiku minħabba urugan għalkemm iż-żieda fil-każi tal-coronvirus u żieda fil-provvista mil-Libja illimtaw iż-żidiet.

Kumpaniji inklużi il-BP, Chevron u Equinor ASA evakwa r-rigs u s’issa l-produtturi għalqu 16% tal-produzzjoni ta’ kuljum minħabba l-Urugan Zeta. Id-deheb u l-fidda it-tnejn kienu pożittivi illum iżda bi ftit.