Barranin
Il-prezz taż-żejt żdied wara li l-ħruġ tal-vaċċin kontra l-Covid-19

Muniti

L-ewro żdied wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar miżuri ta’ stimuli ġodda kważi skont l-aspettattivi tas-suq, waqt li l-Isterlina tbaxxiet wara li t-taħditiet dwar ftehim kummerċjali wara Brexit kienu mtawla sa tmiem il-ġimgħa bit-tama ta’ ftehim. L-ewro żdied l-aktar kontra l-Isterlina dgħajfa u rreġistra żidiet kontra d-Dollaru Amerikan u l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika tilfet kontra d-Dollaru tal-Awstralja u tal-Kanada.

Il-Bank Ċentrali Ewropew żied id-daqs ġenerali ta’ Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza minħabba l-Pandemija b’500 miljun ewro għal 1.85 triljun ewro u estenda l-iskema b’disa’ xhur sa Marzu 2022 bil-għan li jżomm l-ispejjeż tas-self tal-gvernijiet u tal-kumpaniji f’livelli baxx rekord. Il-mossa ma ssorprenditx lill-investituri għax il-bank ċentrali kien għamilha ċara li kien qed iħejji aktar illaxkar monetarju u xiri ta’ bonds, flimkien ma faċilitajiet ta’ likwidità għall-banek, li ser jifformaw is-sinsla ta’ kull tweġiba ta’ politika.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street tbaxxew fil-ftuħ hekk kif żieda fl-għadd ta’ nies qegħda wriet ikrupru staġnat fis-suq tax-xogħol waqt li qed ikaxkru n-negozjati dwar stimulu ekonomiku ġdid.

L-ishma Ewropej ftit inbidlu dalgħodu, wara li laqgħa bejn il-mexxejja tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea dwar ftehim kummerċjali ma taw ebda riżultat waqt li d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew aktar tard fil-jum żammet lura lill-investituri. Wara l-laqgħa tal-Bank kien hemm bejgħ qawwi u l-ishma kienu qed jippruvaw inaqqsu t-telf. Kien biss l-indiċi tar-Renju Unit li wera żieda llum, iżda din ma kinetx apprezzata biżżejjed mill-investituri barranin li raw iż-żidiet tagħhom mikula mid-dgħufija tal-Isterlina.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma, il-Go avvanzaw 4% today, kważi d-doppju taż-żieda murija minn Medserv u Malita Investments. Il-FimBank kellhom żieda ta’ 8.73%. L-HSBC Bank Malta u l-Bank of Valletta żdiedu 1.6% u 0.94% rispettivament. Il-Maltapost tilfu kważi 1%.

Il-bonds lokali ftit li xejn kienu bbilanċjati llum bil-parti l-kbira ta’ dawn negozju juru żieda. L-International Hotel Investments 2024 żdiedu kważi 1%. B’żieda ta’ nofs punt perċentwali kien hemm in-1923 Investments, Mariner Finance, GAP u Tum Finance. Il-bonds tal-International Hotel Investments 2023 tilfu 0.4%.

Il-prezz taż-żejt żdied għal kważi $50 kull barmil hekk kif tamiet ta’ rkupru fid-domanda aktar mgħaġġel wara l-ħruġ tal-vaċċin ibbilanċjaw iż-żieda kbira fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti li wrew li għad hemm provvista biżżejjed disponibbli. Il-prezz illum żdied kważi 3%. Id-deheb u l-fidda kellu jum pożittiv bil-fidda tiżdied kważi bid-doppju taż-żieda tad-deheb.