Barranin
Il-prezza tad-deheb jitbaxxa għall-anqas rata fi tliet ġimgħat

 

Muniti

Id-dollaru baqa’ b’saħħtu llum fin-negożju fl-Asja, u resaq lejn żidiet matul l-ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara li data ekonomika tajba mill-Istati Uniti tat l-investituri raġuni jittamaw li l-bank ċentrali Amerikan ser iżomm mal-pjan li jgħolli r-rati tal-interessi.

L-isterlina telgħet għall-ogħla rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li tliet membri tal-kumitat tal-politika monetarja tal-Bank of England issorprendew lis-swieq finanzjarji meta vvutaw għal żieda fir-rati tal-interessi.

Id-dollaru Awstraljan riesaq lejn tmiem il-ġimgħa tajjeb wara statistika domestika tajba dwar l-impjiegi, waqt li d-dollaru ta’ New Zealand baqa’ lura minħabba li l-ġimgħa d-dieħla l-bank ċentrali jħabbar id-deċiżjoni dwar ir-rati tal-interessi.

Indiċi

Id-Dow Jones din il-ġimgħa kellu żieda ta’ 1.10%.

L-istokks Ewropej avvanzaw wara jumejn ta’ tnaqqis. L-investituri investew fl-ishma tal-manifatturi tal-karozzi wara statistika tajba dwar il-bejgħ ta’ karozzi u eżaminaw is-sentiment tal-Federal Reserve lejn żieda fl-interessi. Għal din il-ġimgħa, kien hemm tnaqqis ta’ 1.27% fil-Euro Stoxx 50; 0.61% fil-FTSE 100; 0.82% fil-CAC40 u 0.68% fid-DAX.

Kommoditajiet

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu iżda baqgħu qrib l-anqas livell f’sitt xhur, taħt pressjoni mill-provvista żejda fid-dinja minkejja l-isforzi mmexxija mill-OPEC biex titnaqqas il-produzzjoni u jiżdied il-prezz.

Il-prezz tad-deheb illum tbaxxa biex jilħaq l-anqas prezz fi tliet ġimgħat u riesaq lejn it-tieni ġimgħa ta’ telf, miġbur ‘l isfel minn data ekonomija tajba Amerikana li sostniet lid-dollaru.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Matul il-ġimgħa d-dieħla mistennija għadd ta’ statistika ekonomika mill-Istati Uniti, fosthom dwar il-bejgħ ta’ djar lesti. Din l-istatistika tqis il-bidla fl-għadd annwalizzat ta’ bini residenzjali eżistenti li nbiegħ matul ix-xahar ta’ qabel. Dan ir-rapport jgħin sabiex wieħed jqis is-saħħa tas-suq tad-djar fl-Amerika u huwa indikatur ewleini tas-saħħa ekonomika inġenerali. Ċifri ogħla minn dawk mistennija jkunu pożittivi għad-dollaru waqt li ċifri anqas ikunu negattivi.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar