Barranin, Lokali
Il-prezzijiet tad-deheb fl-ogħla livell tul dan ix-xahar

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru baqa’ fl-inqas livell f’aktar minn sena waqt li l-istokks żdiedu hekk kif inflazzjoni baxxa u inkwiet f‘Washington jistgħu jillimitaw il-passi tal-Federal Reserve lejn żieda fir-rati tal-interess għall-bqija tas-sena.

L-isterlina ssodat ftit ‘il fuq minn $1.30, iżda ma setgħetx titla’ aktar minħabba tħassib dwar il-Brexit u l-pass tat-tkabbir ekonomiku fir-Renju Unit.

Indiċijiet

Iż-żidiet fil-prezzijiet tal-istokks tal-banek u tal-enerġija kienu qed jgħollu l-indiċijiet fin-negozju kmieni f’Wall Street. L-istokks fl-Ewropa avvanzaw wara tliet ijiem ta’ tnaqqis fosthom minħabba serje ta’ taqlib fis-swieq finanzjarji.

Il-FTSE 100 rnexxielu jikseb lura t-telf tal-bieraħ bil-prezz taż-żejt mhux maħdum Brent jaqbeż id-$49 u bil-prezz tar-ramm jogħla. Id-DAX kellu żieda ta’ 0.6% wara telf ta’ 1.9% fiż-żewġ sessjonijiet preċedenti.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien mħallat. Il-Lombard Bank Malta u l-MIDI żdiedu bi 2.14% u b’1.91% rispettivament. Iżda l-Malta Properties Company u l-Grand Harbour Marina tilfu 4.73% u 8.38% rispettivament.

Bonds

Anke s-suq tal-bonds lokali kien imħallat. Il-Corinthia Finance 2026 u l-MIDI 2026 tilfu 0.97% u 0.98% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-fiduċja tan-negozju fil-Ġermanja żdiedet bla mistenni matul Lulju, u telgħet għat-tielet l-ogħla livell f’daqstant xhur hekk kif l-akbar ekonomija fl-Ewropa imxiet b’saħħa ‘il quddiem u żdied il-moral fost l-industrija. L-Istitut ekonomiku Ifo ta’ Munich qal li l-indiċi tal-klima tan-negozju tiegħu, bbażat fuq madwar 7,000 kumpanija tela’ għal 116.0 minn 115.2 f’Ġunju. Dan imqabbel ma’ tbassir minn Reuters ta’ 114.9.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt estendew iż-żidiet wara li l-Arabja Sawdija wegħdet li tnaqqas l-esportazzjoni mix-xahar li ġej u l-OPEC appellat lil diversi membri biex iżommu mal-ftehim ta’ tnaqqis fil-produzzjoni biex tonqos il-provvista żejda u jitjiebu l-prezzijiet. Iżda fi tmiem il-jum, il-prezz tilef xi ftit.

Il-prezzijiet tad-deheb kienu qed jiġu nnegozjati qrib l-ogħla livell f’xahar hekk kif id-dollaru baqa’ fl-inqas rata f’sena qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve li mistennija tagħti aktar ħjiel dwar il-politika monetarja fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru rkupra llum, wara li kien laħaq lanqas rata f’aktar minn ġimagħtejn hekk kif il-bankiera ċentrali tal-Istati Uniti wrew li qed iħarsu b’attenzjoni lejn l-inflazzjoni mgħejjuna minn…

Aktar