Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb illum irkupraw mill-inqas prezz f’aktar minn 7 xhur

Muniti

Id-dollaru Amerikan kiseb lura l-akbar telf għal bosta snin kontra l-Isterlina u d-Dollaru Awstraljan hekk kif l-investituri iffokaw dwar jekk il-progress fit-tilqim, l-aspettattivi għal tkabbir ekonomiku aktar mgħaġġel u l-inflazzjoni humiex ser jżidu d-dħul mill-bonds.

L-ewro żdied kontra d-dollaru b’0.17% għal $1.2140 wara li data wriet li s-sentiment tan-negozju Ġermaniż żdied aktar milli mistenni matul Frar notevolment fis-settur reżiljenti tal-industrija.

L-Isterlina baqgħet ogħla minn $1.40 wara li kienet laħqet id-$1.4050, l-ogħla minn April 2018 hekk kif l-Prim MInistru Boris Johnson ħabbar triq il barra mill-lockdown permezz ta’ tilqim rapidu. Id-Dollaru Awstraljan żdied sa 0.5% għal kważi l-ogħla rata fi tlitt snin ta’ $0.7908 qabel
ma d-dollaru irpilja għal -0.7889. Id-dollaru awstraljan żdied 0.07% kontra l-ewro.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu minħabba tamiet li l-irkupru ekonomiku globali mmexxi mill-vaċċin qajjem irkupru fil-prodotti essenzjali u qajmu tamiet dwar ir-riskju ta’ inflazzjoni ogħla. Il-FTSE 100 tilef aktar minn 0.50% waqt li l-investituri stennew il-pjan tal-Prim Ministru John biex jiftaħ
gradwalment l-ekonomija.

L-indiċijiet fl-Istati Uniti kienu resqin lejn ftuħ aktar baxxa minħabba żieda fid-dul mill-bonds tat-Teżor u l-prospetti ta’ żieda fl-inflazzjoni li qajmu tħassib dwasr il-valutazzjoni u dan laqat lill-ishma ta’ kumpaniji relatati mat-teknoloġija.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Malta Properties Company tilfu l-aktar b’4.46%. Il-Plaza Centres tbaxxew b’1.09% u l-Malta International Airport tilfu 0.83%. L- RS2 Software żdiedu 1.11%, il-Bank of Valletta 1.53%, il-MIDI avvanzaw 1.90% waqt li l-HSBC Bank Malta marru l-aħjar bi 2.19%.

Is-suq tal-bonds lokali kellu sessjoni pożittiv bil-Corinthia Finance 2026 jirreġistraw telf ta’ 1%. F’territorju pożittiv kien hemm il-Hili Finance Company 2029 b’0.49%, Dizz Finance 2026 b’0.5%, l-AX Group 2026 L-Ewwel Serje b’0.75%, in-1923 Investments 2024 żdiedu 0.94%, l-
international Hotel Investments 2024 żdiedu 0.98% u l-International Hotel Investments 2026 wrew żieda ta’ 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu hekk kif ir-ritorn bil-mod tal-produzzjoni fl-Istati Uniti milquta mill-kundizzjonijiet koroh tat-temp serva bħala tfakkira tas-sitwazzjoni ta’ ftit provvista, hekk kif id-domanda qed tirkupra mill-anqas livelli tal-pandemija.

Il-Brent żdied b’aktar minn 1.8%, għal $64.04 wara nofsinhar wara li żdied kważi 1% il-ġimgħat li għaddiet. Il-West Texas Intermediate żdied aktar minn 2%, għal $60.51 wara li l-ġimgħa li għaddiet tilef 0.4%.

Il-prezzijiet tad-deheb illum irkupraw mill-inqas prezz f’aktar kminn 7 xhur milħuq fis-sessjoni ta’ qabel, u warra żieda fid-dħul mill-bonds hekk kif l-investituri għażlu d-deheb bħala garanzija kontra l-inflazzjoni li qed tikber.