Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb jitilgħu għall-ogħla livell fi kważi tmien snin

Muniti

Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali mal-infezzjonijiet tal-coronavirus li qed jiżdiedu fl-Istati Untii.

L-ewro tilef 0.2% kontra d-dollaru għal $1.12105 matul is-sessjoni ta’ negozju Ewropea, hekk kif is-swieq tal-kambju ma kellhomx żieda jew tnaqqis wara rkupru li fih l-ewro żdied 6% kontra d-dollaru f’Mejju u kmieni f’Ġunju. Madankollu wara nofsinhar l-ewro rkupra xi telf.

Għalkemm id-dollaru aġixxa bħala assi sikura matul il-parti l-kbira tal-kriżi tal-coronavirus, l-istatistika importanti Amerikana kellha rwol akbar riċentament, li jfisser li d-dollaru jista’ jiżdied wara statistika aħjar milli kienet mistennija.

L-Isterlina baqgħet qrib id-$1.24 llum wara li stħarriġ fost is-settur tal-manifattura wera żieda żgħira fil-produzzjoni wara l-kollass storiku kkawżat mill-coronavirus. Tħassib li r-Renju Unit ma jiksibx ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewropea fi tmiem l-2020 kompla jitfa’ pressjoni  fuq l-Isterlina, għalkemm, bil-munita bi tnaqqis ta’ 6.5% kontra d-dollaru din is-sena, xi analisti ibassru li dalwaqt jkollha rkupru.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa żdiedu fil-bidu ta’ tliet xhur ġodda hekk kif statistika imtejba miż-żona ewro żiedet mat-tamiet ta’ rkupru ekonomiku aktar malajr, iżda l-każijiet dejjem jiżdiedu tal-virus fl-Istati Uniti llimitaw l-ottimiżmu u wara nofsinhar xi indijiet tilfu ż-żieda li kellhom.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu mistennija jiftħu bla żieda hekk kif żieda rekord f’ġurnata ta każi ta’ coronavirus fil-pajjiż qajmet l-biża ta’ lockdown ieħor b’theddida lejn rkupru tal-bidu ekonomiu.

Shares

Is-suq tal-ishma lokali llum kien kwiet ħafna b’Simonds Farsons Cisk jagħlqu bil-prezz ta’ €7.90 kull sehem tnaqqis ta’ 3.66%.

Il-Bank of Valletta għalqu bla moviment fil-prezz ta’ €1 waqt li l- Malta International Airport ukoll bla moviment għall-prezz ta’  €5.80.

L-HSBC Bank Malta kienu l-uniċi li wrew idea ta’ 1.05% għall-prezz ta’ €0.96 kull sehem.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Pendergardens Developments 2022 it-Tieni Serje kienu fuq quddiem tat-telf b’1.90%. Il-Hili Finance Company  2028 naqsu b’0.99%, l-International Hotel Investments  2021 b’0.89% u l-AX Group  2029 it-Tieni Serje b’0.59%.

F’territorju poittiv kien hemm l-iStivala Group Finance  2027 b’0.95%, l-International Hotel Investments  2023 bi 3% u s-Tumas Investments  2024 marru l-aħjar bi 3.70%.

Prodotti Essenzjali

Kien hemm  żieda llum fil-prezzijeit taż-żejt wara sensiela ta’ statistika dwar il-manifattura li kienet pożittiva u tnaqqis fil-ħażniet Amerikani, it-tnejn jindikaw irkupru ekonomiku u żieda fid-domanda għall-enerġija minkejja ż-żieda fl-infezzjonijiet mill-coronavirus madwar id-dinja.

Il-ħażniet taż-żejt mhux raffinat u tal-fjuwil fl-Istati Uniti tbaxxew aktar milli kien mistenni l-ġimgħa li għaddiet.

Il-prezzijiet tad-deheb telgħu għall-ogħla livell fi kważi tmien snin hekk kif żieda fil-każi tal-coronavirus qajmu tħassib dwar l-irkupru ekonomiku mill-pandemija u qajmet id-domanda għal assi sikuri. Iżda fil-bidu tas-sessjoni tan-negozju fl-Istati Uniti, id-deheb tilef iż-żidiet tiegħu u tbaxxa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar