Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb stabbli f’firxa żgħira – l-investituri jistennew aktar żviluppi dwar Brexit

Muniti

Id-dollaru kien riesaq lejn l-agħar xahar minn Jannar tal-2018 hekk ottimiżmu dwar il-Brexit xpruna lill-Isterlina għall-ogħla rata f’ħames xhur u nofs kontra d-dollaru u żamm lill-ewro fit-triq tajba ta’ matul Ottubru.

Minkejja li nhar is-Sibt il-parlamentari Ingliżi ma vvutawx dwar il-ftehim ta’ Brexit, hemm tamiet tentattivi li fl-aħħar mill-aħħar il-ftehim jgħaddi. In-negozju fl-Asja baxxa lill-isterlina b’0.5%, iżda hija irkuprat fl-Ewropa u l-Isterlina qabżet għal ftit tal-ħin id-$1.30.

Id-dollaru tbaxxa 2.5% dan ix-xahar kontra grupp ta’ muniti ewlenin, u jekk jibqa’ hekk dan ikun l-agħar xahar minn Jannar tas-sena li għaddiet. Il-munita Amerikana baqgħet qrib id-$1.1157 kontra l-ewro iżda żdiedet għal 108.48 yen. Il-yen kien dgħajjef ukoll u l-ġimgħa li għaddiet tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn u nofs.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum bl-investituri jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji, waqt li jibqgħu jittamaw li r-Renju Unit ikun kapaċi jevita ħruġ diżordinat mill-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Boris Johnson illum kellu jerġa’ jipprova jikseb vot dwar il-ftehim tiegħu wara li kien sfurzat minn dawk li jopponuh biex jibgħat ittra biex ikun dewmien għall-ħruġ. B’10 ijiem biss mill-31 ta Ottubru, il-ħruġ reġa’ sab tfixkil hekk kif il-politiċi qed jargumentaw dwar joħorġux bi ftehim, joħorġu bla ftehim jew jagħmlu referendum.

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’1.40%, il-GO tilfu 1.90%, l-HSBC Bank Malta ukoll naqsu b’1.57%. Kien hemm żieda ta’ 1.12% fil-Malita Investments u 0.94% fil-Mapfre Middlsea. L-akbar żieda kienet ta’ 2.16% fil-MIDI waqt li l-PG żdiedu b’0.54%.
Bonds.

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-AX Investments 2024 avvanzaw bi 2.01%, l-International Hotel Investments 2024 b’1.40%, 5.10% 6PM Holdings 2025 b’0.80%, il-Hili Properties 2025 b’0.94%, l0SP Finance 2029 b’ 1.29%, l-Istivala Group Finance 2029 b’0.85% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.96% fil-Mercury Projects Finance 2031.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum fost żieda fis-sinjali ta’ ħsara mill-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li baxxiet ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku globali u naqqset id-domanda għall-prodotti essenzjali bħaż-żejt. Il-Brent tilef 1.41% għal $58.54 waqt li l-United States West Texas Intermediate tilef 1.25% għal $53.09.

Il-prezzijiet tad-deheb kienu stabbli f’firxa żgħira, hekk kif l-investituri stennew aktar ċarezza dwar il-Brexit u r-rabtiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-deheb żdied 0.14% għal $1,492.04 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar