Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew bl-aħbar li ċ-Ċina se tneħħi xi tariff fuq prodotti Amerikan

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina.

Il-movimenti kienu baxxi fl-Asja iżda kontra basket ta’ muniti; id-dollaru tilef kull ġurnata din il-ġimgħa għal telf kumulattiv ta’ 1% u kontra l-ewro tilef 0.8% biex kien jiswa $1.1106 kull ewro.

Il-President Trump baqa’ ottimist dwar il-kummerċ u qal li t-taħditiet mexjin sewwa. Is-swieq mhumiex konvinti bit-tħassib ikompli minn nuqqas ta’ entużjażmu simili fiċ-Ċina.

Uffiċjali Ċiniżi tennew il-pożizzjoni tagħhom li xi tariff Amerikani jridu jitneħħew qabel il-ftehim, xi ħaġa li Washington ma tat ebda sinjal li trid tagħmel.

Is-sikurezza tal-Yen u tal-Frank Żvizzeru kienet ukoll fid-domanda hekk kif l-investituri beżgħu li ċ-ċifri dwar l-impjiegi li mistennija llejla ma jkunux tajbin bl-elezzjoni fir-Renju Unit, il-laqgħa tal-Federal Reserve u xi aħbarijiet dwar il-kummerċ il-ġimgħa d-dieħla.

Fir-Renju Unit, il-mexxejja tal-partiti Konservattiv u Laburista ser ikollhom l-aħħar dibattitu llejla qabel l-elezzjoni. Fi Franza, l-istrajk ġenerali kompla għat-tieni jum hekk kif il-ħaddiema tas-settur pubbliku jipprotestaw kontra t-tibdil fis-sistema tal-pensjoni.

L-ishma fl-Ewropa kienu mistennija jiftħu tajjeb illum hekk kif l-investituri jistennew iċ-ċifri dwar l-impjiegi mill-Istati Uniti u jsegwu l-iżviluppi dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa llum jekk kif l-investituri jistennew il-laqgħa tal-OPEC u l-alleati aktar tard illum li mistennija li formalment tapprova aktar tnaqqis fil-produzzjoni fl-2020.

Minkejja t-tnaqqis ġdid, l-OPEC ma ħaditx pożizzjoni lil hinn minn Marzu u analisti ddubitaw mill-effetti tal-aħħar tnaqqis.

L-OPEC u l-alleati fosthom ir-Russja qablu lbieraħ li jnaqqsu l-produzzjoni biex jiskansaw produzzjoni żejda kmieni s-sena d-dieħla hekk kif l-ekonomija dinija mhix miexja ‘l quddiem minħabba l-ġlieda bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew wara l-aħbar miċ-Ċina li ser tneħħi xi tariff fuq prodotti Amerikan, iżda d-deheb xorta kien riesaq lejn żieda fuq ġimgħa qabel ir-rapport dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti li jistgħu jagħtu ħjiel tal-ekonomija Amerikana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar