Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew għall-inqas livell fi 3 xhur

Muniti

L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena.

It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ippospona l-ewwel żieda fir-rati tal-interessi wara l-kriżi sal-2020. Il-munita unika tilfet 0.2% għal $1.128 waranofsinhar meta kienet qed tkun innegozjata 0.04% aktar baxxa. Il-muniti ewlenin kienu negozjati f’firxa dejqa.

It-tamiet għall-volatilità fl-Isterlina tbaxxew għall-inqas livell f’aktar minn sena wara li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern Ingliż ħabbret posponiment ta’ sitt xhur għal Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropew żdiedu għall-ħames jum, mgħejuna minn ishma bankarji u tal-bejgħ bl-imnut waqt li statistika miċ-Ċina saħħet it-tamiet ta’ stabilizzazzjoni fit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.

Fl-Istati Uniti, l-ishma fetħu ogħla hekk kif investituri laqgħu bil-ferħa rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji bħal United Health Group u Johnson & Johnson. Id-Dow Jones żdied b’131 punt biex imbagħad tilef 0.10%. L-S&P 500 żdied b’0.3% minħabba s-suċċess tal-ishma tas-saħħa. In-Nasdaq avvanza 0.3%.

Ishma Lokali

Fl-ishma lokali, il-Malta Properties Company tilfu 4.92%, il-MaltaPost 4%, il-Medserv 2.75% u l-Main Street Complex 3.08%. Il-Bank of Valletta kienu l-uniċi ishma li żdiedu bi 3.08%.

Bonds Lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2021 tilfu 3.28% segwiti minn GAP Group 2023 bi 2.2%. Il-bonds li żdiedu l-aktar kienu n-1923 Investments 2024 b’avvanz ta’ 0.97%.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew għall-inqas livell fi tliet xhur illum hekk kif statistika pożittiva mill-ekonomiji maġġuri qajmet is-sentiment ta’ riskju u naqset id-domanda għad-deheb, meqjus bħala assi sigur. Il-prezz tilef 0.92% għal $1,276.53 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar