Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew mill-ogħla livell fi tliet xhur u nofs

L-ewro kkonsolida ż-żidiet din il-ġimgħa minħabba stennija li l-mexxejja tal-Bank Ċentrali Ewropew aktarx jibdew jirtiraw il-politiki ta’ stimulu aktar kmieni milli kien mistenni minħabba tisħiħ fl-ekonomija. Is-sidien fl-Istati Uniti komplew b’pass tajjeb jimpjegaw il-ħaddiema matul Diċembru waqt li ż-żieda fil-pagi kif ukoll fiduċja li qed tikber fl-ekonomija, jistgħu jwittu t-triq għall-Federal Reserve li jżid ir-rati tal-interessi f’Marzu.

L-ishma Ewropej żdiedu bil-qawwi din il-ġimgħa, bl-indiċijiet ewlenin fir-Renjui Unit u l-Iżvizzera jilħqu livelli għolja rekord, mgħejjuna minn ottimiżmu fit-tisħiħ tal-ekonomija reġjonali u żieda fl-ishma Amerikan matul il-lejl.

L-ISTOXX 600, li huwa mifrux mal-Ewropa,  żdied b’0.4% u żamm mal-ogħla livell f’xahrejn, waqt li l-indiċijiet tal-kumpanija l-kbar Ewropej, l-ISTOXX 50 avvanza 0.5% u kompla maż-żidiet qawwija fis-sessjoni ta’ qabel.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu din il-ġimgħa, mil-livelli li l-aħħar li rajnihom kienu fl-2015, minħabba produzzjoni li qed tiżdied fl-Istati Uniti imminat irkupru ta’ 10% mil-livelli baxxi ta’ Diċembru li irriżultaw minn provvista inqas u t-tensjonijiet politiċi fl-Iran, li huwa membru tal-OPEC.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew mill-ogħla livell fi tliet xhur u nofs milħuqa fis-sessjoni ta’ qabel, iżda xorta resqin lejn ir-raba’ ġimgħa ta’ żieda.

Il-ġimgħa d-dieħla

L-aħbarijiet ewlenin il-ġimgħa d-dieħla jinkudu ir-rata tal-qgħad fiż-żona tal-ewro u l-inflazzjoni minn xahar għal xahar fl-Istati Uniti li mistennija titbaxxa għal 0.2%.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Barranin

Bl-inflazzjoni tiżdied inqas milli kien mistenni, id-Dollaru Amerikan tbaxxa kontra l-Ewro għal $1.1600, l-ogħla livell mill-1 ta’ Ottubru. L-Ewro kompla jitlef kontra l-munita Amerikana lbieraħ hekk kif is-swieq baqgħu mħassbin…

Aktar