Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb telgħu għall-ogħla livell f’7 snin

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li wriet irkupru qawwi fil-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit. L-Isterlina żdiedet immedjatament wara l-ħruġ tal-istatistika. Qabel, hija kienet waqgħet għall-inqas rata f’10 tijiem għal $1.2884 iżda l-moviment malajr sfuma fix-xejn u ħalliet lill-isterlina bir-rata ta’ $1.2908. L-isterlina lbieraħ tilfet 0.6% għall-akbar waqgħa minn kmieni fi Frar.

Kontra l-ewro, il-lira ma kellha ebda movement u baqgħat 83.69 pence kull ewro. Il-yen Ġappuniż waqa’ taħt il-112-il yen kull dollaru għall-inqas rata f’10 xhur, u estenda t-tnaqqis tal-jum ta’ qabel biex kellu l-agħar prestazzjoni f’jumejn f’aktar minn sentejn kontra d-dollaru dejjem jiżdied.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew mil-livelli għolja rekord tal-bieraħ, hekk kif għadd ta’ rapporti finanzjarji diżappuntanti mill-kumpaniji komplew iżidu mal-biża’ dwar l-impatt globali tal-imxija tal-coronavirus wara riċerka ssuġġeriet li dan il-virus huwa kontaġġjuż aktar milli kien maħsub qabel.

L-indiċijiet fl-Istati Uniti kienu mistennija li jiftħu xi ftit aktar baxxi hekk kif żieda fin-numru tal-każi tal-coronavirus barra miċ-Ċina qajmet tħassib dwar l-impatt globali tiegħu.

Isħma Lokali

L-ishma llum kienu kwieti bi ftit negozju. L-HSBC Bank Malta għalqu pożittivament f’€1.10 b’żieda ta’ 4.76%. Il-MIDI żdiedu għal €0.49 kull sehem, żieda ta’ 2.94%. Il-Bank of Valletta, l-International Hotel Investments u l-PG kienu negozjati mingħajr bidla bil-prezz.

Fil-qasam tal-bonds lokali,l-International Hotel Investments 2021 żdiedu bi 2.45%, segwiti minn Hili Finance Company 2028 b’0.49%. Il- Grand Harbour Marina 2027 żdiedu b’0.48%, l-International Hotel Investments 2026 b’0.39% u in-1923 Investments 2024 b’0.15%.

F’territorju negattiv kien hemm l-SP Finance 2029 li tilfu 0.14% u l-Mercury Projects Finance 2031 b’0.18%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew illum sostnuti mill-isforzi taċ-Ċina biex tixpruna l-ekonomija tagħha u mit-tħassib dwar il-provvista mill-Veneżwela u mil-Libja. Il-Brent żdied b’0.49% għal $59.43 waqt li kien hemm żieda ta’ 1.03% għal %53.85 fil-United States West Texas Intermediate.

Il-prezzijiet tad-deheb telgħu għall-ogħla livell f’seba’ snin hekk kif l-investituri daru għalih bħala assi sikur wara li żieda fin-numru ta’ każi ġodda tal-coronavirus fil-Korea ta’ Isfel żiedet mat- tħassib dwar l-impatt ekonomiku globali tal-imxija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf bikri llum hekk kif intensifika l-bejgħ qawwi fl-ishma, u b’hekk issaħħaħ is-sentiment favur id-dollaru bħala assi sikur. Iż-żieda ta’ 9% mid-dollaru fl-aħħar ġimagħtejn intemm nhar…

Aktar