Barranin
Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu quddiem xenarju ta’ dgħjufija ekonomika globali

Muniti

L-ewro llum estenda ż-żidiet tiegħu u resaq lejn l-ogħla rata f’ġimagħtejn hekk kif proposta Franko-Ġermaniża għal fond komuni li tista’ twassal l-Ewropa eqreb lejn unjoni fiskali qajjem domanda għall-munita.

Iżda ż-żidiet ma kinux mifruxa, bil-munita titlef kontra l-Frank Żvizzeru, meqjus munita sikura, hekk kif il-fond propost ġie meqjus bħala relattivament żgħir imqabbel mad-daqs ta’ uħud mill-ekonomiji Ewropej. L-ewro żdied 0.44% għal $1,0969, qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn ta’ $1. 09755 milħuqa l-bieraħ.Edan jista’jiftaħ it-triq biex tinqabeż ir-rata għolja tal-1 ta’ Mejju ta’ $1.1019.

Franza u l-Ġermanja pproponew Fond ta’ Rkupru ta’ €500 biljun biex jingħataw għotjiet lir-reġjuni u setturi li l-agħar li ntlaqtu mill-pandemija u sabiex ikun permess li jsir self mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea kollha.

L-Isterlina żdiedet kontra d-dollaru u stabbli kontra l-ewro, iżda baqa’ t-tħassib dwar l-isterlina wara li l-inflazzjoni fir-Renju Unit tbaxxiet taħt il-1% għall-inqas livell tagħha fi kważi erba’ snin. Il-waqgħa fl-inflazzjoni kabbret l-ispekulazzjoni li l-Bank of England ser ibaxxi r-rati ta’ interessi taħt iż-żero biex jixpruna l-ekonomija milquta ħażin ferm mill-pandemija. L-inflazzjoni kienet ta’ 0.8% f’April, l-inqas minn Awwissu 2016. L-isterlina tbaxxiet mal-ħruġ tal-istatistika.

Indiċi

L-ishma Ewropej ma kellhom ebda moviment illum wara sessjoni ħażin f’Wall Street, hekk kif dubbji dwar vaċċin potenzjali dwar il-Covid-19 qajjem tħassib dwar jekk u kemm b’ħeffa id-dinja tista’ toħroġ b’suċċess mill-kriżi. Madankollu, wara nofsinhar is-swieq Ewropej kienu qed jirpiljaw u b’negozju pożittiv.

Wall Street kien riesaq lejn żieda qawwija għax l-investituri komplew jittamaw bis-sħiħ dwar it-tamiet ta’ rkupru fost sinjali ta’ aktar stimulu għas-setturi milquta ħażin.

Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti żdiedu b’aktar minn 30% mil-livelli baxxi ta’ Marzu wara stimulu bla preċedent, iżda ż-żidiet kienu limitati hekk kif l-investituri qed jistudjaw aħbarijiet mħallta dwar il-progress fuq vaċċin kontra l-koronavirus.

Shares

Fis-settur lokali, l-ishma kienu fil-parti l-kbira negattivi bil-Malta Properties Company jitilfu 6.90%, il-MaltaPost jonqsu bi 3.31%, il-Malta International Airport tilfu 0.99%, il-Lombard Bank Malta għalqu f’territorju negattiv b’0.95% u l-International Hotel Investments tilfu 0.88%.

F’territorju pożittiv, l-HSBC Bank Malta żdiedu 1.57% u l- GlobalCapital marru l-aħjar b’żieda ta’ 24.35%.

Bonds

Is-sentiment fil-bonds lokali kien ukoll negattiv bil-Hili Properties 2025 jitilfu 2%, l-International Hotel Investments 2026 jonqsu 1.24%, l-iStivala Group Finance 2029 tbaxxew b’0.30%, l-SD Finance 2027 tilfu 0.21% u l-Merkanti Holding 2026 tilfu 0.06%.

F’territorju pożittiv kien hemm it-TUM Finance 2029 b’0.01% u l-SP Finance 2029 b’0.20%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt issodaw illum wara sinjali ta’ titjib fid-domanda u tnaqqis fil-ħażniet Amerikani, iżda t-tħassib dwar l-effett ekonomiku tal-pandemija u marġni ta’ raffinar dgħajjef illimitaw iż-żidiet.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu minħabba li reġgħet qamet il-biża’ ta’ dgħjufija ekonomika globali, u din warrbet it-tamiet ta’ qabel dwar il-possibiltà ta’ vaċċin kontra l-koronavirus. Dan wassal biex l-investituri jfittxu investiment fid-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar