Il-prezzijiet taż-żejt għolew għar-raba’ jum

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata f’26 xahar kontra d-dollaru li kien fiha l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew dwar jekk il-Federal Reserve huwiex ser jibda ċiklu ta’ tnaqqis fir-rati tal-itneressi. Għalkemm il-Federal Reserve mistenni li jbaxxi r-rati fil-laqgħa dwar il-politika monetarja li tintemm għada, id-dħul mir-rati Amerikani huwa ogħla minn dawk fiż-żona tal-ewro, u għalhekk id-dollaru huwa investiment aktar attraenti għall-investituri li jfittxu id-dħul.

L-Isterlina waqgħet lejn id-$1.21 u tbaxxiet lejn l-inqas rata f’sentejn u nofs kontra l-Yen minħabba li qed jikber it-tħassib li ċ-ċansijiet ta’ Brexit diżordinat qed iwasslu lill-investituri biex inaqqsu l-esponiment tagħhom għall-isterlina.

L-Isterlina, bil-futur tagħha marbut mal-proċess li ħa s-snin għall-ħruġ Brittaniku mill-Unjoni Ewropea qed issofri minn sinjali ta’paniku fost l-investituri li r-Renju Uniti riesaq lejn Brexit bla ftehim taħt il-Prim Ministru l-ġdid Johnson.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew llum hekk kif tbassir ikrah mill-ġganti Ġermaniżi, il-Bayer u l-Lufthana, tappnu s-sentiment, waqt li sterlina mkissra għenet sabiex l-indiċi f’Londra tal-aqwea kumpaniji ikun l-aħjar għat-tieni jum. Bit-tħassib dwar it-tkabbir global f’moħħ l-investituri, stħarriġ minn GfK wera li s-sentiment tal-konsumatur fil-Ġermanja tbaxxa għat-tielet xahar infila hekk kif it-tilwim industrijali qed jolqot lill-akbar esdportatur fl-Unjoni Ewroea.

L-ishma Amerikani fetħu aktar baxxi llum bl-ishma tat-teknoloġija fuq quddiem fit-tnaqqis, għax l-investituri huma mħassba dwar it-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve.

Ishma

Fl-ishma lokali, Simonds Farsons Cisk żdiedu bi 2% segwiti minn MIDI b’1.65%; il-Bank of Valletta b’1.36%; il-Malta Properties b’0.76% u l-PG b’0.63%.

F’territorju nefgattiv kienu il-Malta Intermnational Airport li tilfu 1.94% u l-International Hotel Investiments li tbaxxew b’0.63%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 2% fil-Von der Heyden Group Finance 2024; segwiti minn 1.16% fil-Hudson Malta 2026.

L-SD Finance 2027 tilfu 2.09%; l-International Hotel Investments 2026 b’1.44%; it-Tum Finance 2029 b’1.21%; l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) b’1.35% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.68% fil-Hili Properties 0.68%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt għolew għar-raba’ jum minħabba ottimiżmu li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interessi għall-ewwel darba f’10 snin, u dan jsostni l-konsum tal-fjuwil fl-akbar ekonomija fid-dinja.

Il-prezzijiet tad-deheb issodaw qabel id-deċiżjoni tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro avvanza wara li kien rreġistra l-akbar waqgħa f’ġimgħa fi kważi xahrejn hekk kif reġa’ daħal is-sentiment ta’ riskju fis-swieq globali wara ġimgħa ta’ taqlib, għalkemm l-investituri kienu xorta attenti…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar