Il-prezzijiet taż-żejt għolew minħabba tħassib dwar it-tanker Brittaniku li nqabad mill-Iran

Is-swieq tal-kambju barranin kellhom pawsa llum hekk kif l-investituri qed jistennew biex jaraw b’kemm u kemm malajr il-banek ċentrali ser jillaxkaw il-politika monetarja, l-ewwel bil-Bank Ċentrali Ewropew nhar il-Ħamis. L-ewro tbaxxa lejn id-$1.1222 hekk kif il-munita Amerikana issaħħet, l-aktar minħabba d-domanda lejn assi sikuri fost it-tensjoni li qed tikber fil-Lvant Nofsani.

Il-Frank Żvizzeru laħaq l-ogħla livell f’sentejn kontra l-ewro, għal 1.1010 frank kull ewro. Il-munita Żvizzera bbenefikat minn investituri li qed iħarsu għal kenn mit-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro.

L-Isterlina tilfet nofs punt perċentwali llum bil-prospetti jidhru mċajpra hekk kif qabel l-elezzjoni tal-kap tal-Konservattivi, l-investituri qed jaħsbu bis-sħiħ li ser ikunu hemm Brexit bla ftehim. Id-dgħufija tal-Isterlina kienet tikkuntrasta l-kalma ġenerali fis-suq tal-muniti tal-pajjiżi żviluppati u qed turi sinjali ta’ ansjetà fost l-investituri dwar iċ-ċansijeit li l-ewro-xettiku Boris Johnson ikun il-Prim Ministru li jmiss.

L-ishma Ewropej kienu bla moviment għal marġionalment ogħla llum, bl-ishma Taljani jirkupraw minn bejgħ qawwi minħabba tensjonijiet politiċi qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew din il-ġimgħa.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum, mmexxija minn dawk tat-teknoloġija, għax l-investituri qed jistennew żviluppi ġodda fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina f’ġimgħa mimlija rapporti finanzjarji mill-kumpaniji, inklużi minn Facebook u Amazon.

Fl-ishma lokali, il-BMIT Technoloġies żdiedu b’1.89% segwiti minn GO b’1.77%, Il-Malta International Airport b’1.41% u l-PG b’1.27% għal €1.60. Il-Bank of Valletta u l-GlobalCapital nnegozjaw bla moviment.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-SP Finance 2029 tbaxxew b’1.03%; il-Bortex Group Finance 2027 b’0.82% u l-GAP Group 2022 b’0.71%.
F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments 2025 b’0.72% u l-Hudson Malta 2026 b’0.01%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew minħabba tħassib li l-qbid mill-Iran ta’ tanker Brittaniku l-ġimgħa li għaddiet jista’ jwassal għal tfixkil għall-provvista taż-żejt mill-Golf. Investimenti spekulattivi qed jixtru ż-żejt bi tweġiba għat-tilwima li qed tikber bejn l-Iran, l-Istati Uniti u nazzjonijiet oħra tal-Punent, flimkien ma’ sinjali ta’ provvista li qed tonqos minn pajjiżi oħra bħal—bir Sharara fil-Libja, l-akbar fil-pajjiż, li l-għeluq tiegħu minn nhar il-Ġimgħa wassal għal telf ta’ 290,000 barmil zejt kuljum.
Id-deheb stabilizza ruħu, wara li kien tilef 1% fis-sessjoni ta’ qabel meta tnaqqset l-aspettattivia ta’ qtugħ kbir fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve Amerikan, iżda l-momentum ġenerali tal-metall baqa’ sostnut mill-inċertezzi ġeopolitiċi internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro żdied illum wara stħarriġ dwar is-sentiment ekonomiku Ġermaniż li kien aħjar milli mistenni, biċ-ċaqliq limitati biss minn dubbji li l-ħruġ tiegħu jista’ jibdel ir-retorika tal-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dollaru ftit…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Aktar