Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt illum kienu mħallta wara l-agħar statistika ekonomika miċ-Ċina f’għexieren ta’ snin

Id-dollaru tbaxxa llum hekk kif aħbarijiet ta’ sinjali ta’ suċċess fil-provi ta’ kura għal Covid-19
kif ukoll il-pjani bikrija li tinfetaħ l-ekonomija Amerikana daħħlu ottimiżmu ġdid u sentiment ta’
riskju. Anke l-ewwel tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku Ċiniż minn meta bdew jinżammu ċ-ċifri
tletin sena ilu ma fixklux is-sentiment tal-investituri li raw sinjali ta’ titjib fl-indikazzjonijiet ta’
rkupru fil-produzzjoni industrijali.

Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand kienu fuq quddiem taż-żidiet, bit-tnejn jiżdiedu
madwar 1% qabel tilfu xi ftit, waqt li l-Isterlina u l-ewro wkoll żdiedu biex irkupraw xi ftit mit-
telf tal-aħħar jumejn. Il-movimenti laqtu ħażin lid-dollaru, li dejjem mexa mas-sentiment ta’
riskju matul il-kriżi tal-koronavirus, mill-ogħla livell f’ġimgħa. Id-dollaru riesaq lejn l-aħjar
ġimgħa fi kważi xahrejn.

L-ishma fl-Asja bdew tajjeb, u rriflettew iż-żidiet f’Wall Street, minħabba t-tamiet li l-Istati Uniti
ser tirtira restrizzjonijiet fuq in-negozju u rapport dwar kura potenzjali għal Covid-19 saħħew is-
sentiment ta’ riskju.

Waqt li ngħaqad ma’ xi gvernijiet oħra li ser jiftħu l-ekonomiji wara għeluq massiċ biex
inaqqsu t-tixrid tal-pandemija, il-President Trump qal li gvernaturi tal-istati fil-pajjiż jistgħu jiftħu n-negozju ftit ftit fi proċess ta’ tliet stadji. Xi analisti huma xettiċi dwar il-pjan ta’ Trump,
iżda s-swieq tal-ishma raw fil-kummenti sinjali li l-agħar tal-pandemija fl-Istati Uniti jista’ jkun
li għadda.

L-indiċijiet fis-swieq Ewropej avvanzaw b’aktar minn 3% anke minħabba l-pjani tal-President
Amerikan li jiftaħ bil-mod l-ekonomija u wara rapporti ta’ mediċina potenzjali biex ikun ittratat
il-Covid-19.

L-indiċi ewlieni, l-iSTOXX 600 żdied bi kważi 20% minn meta laħaq l-agħar livell fi tmien snin
f’Marzu għax kien hemm l-istimulu monetarju storiku globali u tamiet li l-ordnijiet biex kulħadd
jibqa’ ġewwa ser ikunu illaxkati hekk kif il-kriżi tidher li qed tnaqqas.

Il-prezzijiet taż-żejt illum kienu mħallta wara l-agħar statistika ekonomika miċ-Ċina f’għexieren
ta’ snin li wriet l-impatt tal-pandemija, u din ibbilanċjat xi żidiet qabel wara ottimiżmu dwar il-
pjani tal-President Trump li jiftaħ l-ekonomija.

Iż-żewġ prezzijiet ta’ referenza resqin lejn it-tieni ġimgħa ta’ telf, biż-żejt Amerikan qrib l-inqas
prezzijiet fi 18-il sena. Analisti naqqsu l-previżjonijiet tagħhom għall-prezzijiet u d-domanda
minħabba l-pandemija u tħassib dwar provvista kbira żejda fis-suq.

L-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esportaturi taż-Żejt, l-OPEC, baxxiet it-tbassir tagħha għad-
domanda għaż-żejt għal 2020 u wissiet li din tista’ ma tkunx l-aħħar reviżjoni ‘l isfel. L-OPEC issa qed tbassar tnaqqis fid-domanda globali ta’ 6.9 miljun barmil kuljum, imqabbel ma’ żieda żgħira mbassra x-xahar l-ieħor, minħabba l-pandemija.

Il-preżż tad-deheb laħaq il-livell ta’ $1,747.74 kull uqija din il-ġimgħa, livelli li l-aħħar li
ntlaħqu kienu fl-2012, u dan ifisser żieda ta’ aktar minn 4% mill-bidu tal-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar