Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt illum żdied qrib l-ogħla livell fi 3 xhur

Muniti

L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru bonds tal-gvern u assi oħra finanzjarji biex jipproteġu l-ekonomiji tagħhom mill-pandemija.

Il-Bank Ċentrali Ewropew, pereżempju, mistenni li jżid il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza minħabba l-Pandemija b’€500 biljun oħra mas-€750 biljun li diġà.

Id-dollaru Amerikan waqa għall-inqas rata fi tliet xhur ta’ $1.3503 kontra d-dollaru Kanadiż u kien qed jitlef 0.4. Huwa tilef ukoll kontra d-Dollaru Awstraljan li tela’ għal $0.6852, l-ogħla mill-24 ta’ Jannar.

L-Isterlina telgħet ‘il fuq minn $1.25 għall-ogħla rata f’xahar kontra d-dollaru hekk kif dehru sinjali li r-Renju Unit lest li jilħaq kompromess dwar punti ewlenin fin-negozjati dwar il-Brexit mal-Unjoni Ewropea pprovdew sostenn għall-munita. Ir-Renju Unit mistenni juri flessibiltà dwar ir-regoli dwar is-sajd u l-kummerċ jekk l-Unjoni Ewropea taqbel li tnaqqas it-talbiet tagħha dwar l-allinejament regolatorju u aċċess għas-sajd.

Indiċi

L-ishma Ewropej laħqu l-ogħla prezzijiet minn kmieni f’Marzu bl-ishma Ġermaniżi jmorru l-aħjar hekk kif l-kumpaniji tal-karozzi rkupraw fuq tamiet ta’ stimulu u l-ishma tal-Lufthansa żdiedu wara li l-bord approva għajnuna mill-istat. Il-prezzijiet bil-quddiem fuq id-Dow Jones kienu resqin lejn il-100 punt fil-ftuħ. Wara xahar tajjeb ħafna f’Mejju, id-Dow Jones beda Ġunju f’territorju pożittiv hekk kif Wall Street kompliet tittama dwar ftuħ b’suċċess tal-ekonomija Amerikana wara l-waqfa minħabba l–pandemija.

Ishma

Fis-suq lokali tal-ishma llum il-FIMBank kienu fuq quddiem tat-tnaqqis b’5%. Il-BMIT Technologies tilfu 1.67%, il-GO naqsu għal €3.58 kull sehem b’telf ta’ 0.56%. Il-Bank of Valletta tilfu 0.49%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-RS2 Software b’1.53% u għalqu bil-prezz ta’ €1.99; il-Malta International Airport żdiedu b’1.71% u l-PG marru l-aħjar bi 2.56% għall-prezz ta’ €2.00 kull sehem.

Bonds

Fil-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 tilfu 4.90%, segwiti mill-Mediterranean Investments Holding 2022 b’1.64%.

It-Together Gaming Solutions 2024-2026 żdiedu aktar minn 0.50%, il-Mercury Projects Finance 2031 avvanzaw bi kważi 1%, l-iStivala Group Finance 2027 żdiedu b’1%, l-AX Group 2029. It-Tieni Serje avvanzaw b’1.88% u l-Bank of Valletta 2030 marru l-aħar b’żieda ta’ 2.55%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdied qrib l-ogħla livell fi tliet xhur minħabba tamiet qawwija li l-produtturi ewlenin ser jaqblu li jestendu it-tnaqqis fil-produzzjoni li sostnew il-prezzijiet, matul video conference aktar tard din il-ġimgħa. Il-Brent irdoppja fl-aħħar sitt ġimgħat mgħejjun mill-qtugħ fil-produzzjoni mill-OPEC u l-alleati. Iżda l-prezzijiet xorta huma 40% inqas din is-sena.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa minħabba żidiet fis-swieq tal-ishma, iżda tħassib dwar l-inkwiet fil-bliet fl-Istati Uniti u t-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina illimitaw it-tnaqqis u għenu lid-deheb sabiex jirkupra xi telf waranofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar