Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt irkupraw hekk kif iċ-Ċina li żiedet il-bejgħ

Muniti

Id-dollaru Awstraljan tilef wara rapporti li ċ-Ċina waqqfet l-importazzjoni tal-faħam mill-pajjiż, hekk kif ir-relazzjonijiet bejniethom qed jeħżienu, waqt li d-dollaru Amerikan irkupra mill-inqas livell fi tlitt ġimgħat fil-jum ta’ qabel. Il-fatt li s-sentimenti tal-investitur fil-Ġermanja matul Ottubru tbaxxa aktar milli kien mistenni ma laqatx ħażin lill-ewro.

L-isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru illum, u kienet negozjata f’firxa ta’ cent ‘il fuq minn $1.30 hekk kif l-investituri qalu li l-aħbarijiet dwar in-negozjati ta’ Brexit hija l-uniku mutur għall-futur tal-munita f’direzzjoni f’terminu qasir.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw mil-livelli għoljin tal-aħħar ħames ġimgħat hekk kif id-deċiżjoni ta’ Johnson & Johnson biex tagħmel pawsa fil-provi kliniċi tal-vaċċin tal-COVID-10 qajmu dubbji dwar l-iskeda ta’ żmien għal vaċċin, waqt li l-ishma tal-Airbus tilfu wara li JP Morgani baxxa ir-rating tiegħu dwar is-sehem tal-kumpanija.

JP Morgan Chase & Co għeleb sewwa l-istimi ta’ Wall Street dwar il-profitt finanzjarju tat-tielet kwart tas-sena hekk kif l-akbar bank fl-Istati Uniti approfitta ruħha min-negozju fis-swieq finanzjarji u virtwalmebnt ma warrab ebda flus għal telf fis-self.

L-S&P 500 u d-Dow Jones fetħu aktar baxxi minħabba d-deċiżjoni ta’ Johnson & Johnson waqt li n-Nasdaq żdied qabel avvenimenti maġġuri skedi għal Apple u Amazon.com. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied kważi 1%.

Shares

L-ishma lokali kienu aktar f’territorju pożittiv illum biż-żieda medja teċċedi it-2%. Il-Bank of Valletta, il-BMIT Technologies u l-Malta International Airport żdiedu b’aktar minn 2% waqt li l-RS2 Software avvanzaw 1 87%. Kien hemm negozju bla ebda ċaqliq fil-prezz fil-FimBank, l-HSBC u l-Lombard.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħallta. Il-GAP żdiedu 1.87%. Il-Hili Finance u l-Mercury Projects żdiedu b’1% waqt li l-Medserv żdiedu nofs punt perċentwali. Il-Bank of Valletta tilfu 0.88% waqt li l-International Hotel Investments tbaxxew b’1.72%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt irkupraw hekk kif dejta tajba ferm miċ-Ċina bbilanċjat ir-ritorn tal-provvista min-Norveġja, il-Golf tal-Messiku u l-Libja. Iċ-Ċina, l-akbar importatur taż-żejt fid-dinja, importat 11.8 miljun barmil kuljum matul Settembru, żieda ta’ 5.5% minn Awwissu u sa 17.5% mis-sena li għaddiet.

Id-deheb tilef aktar minn 1% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 3% fil-prezz tal-fidda.