Il-prezzijiet taż-żejt jaqgħu minħabba tħassib wara li Trump hedded liċ-Ċina b’aktar tariffi

Id-dollaru ddgħajjef kontra l-yen nhar il-Ġimgħa għall-inqas rata f’seba’ xhur wara li t-tkabbir fl-impjiegi fl-Istati Uniti matul Lulju naqqas il-pass kif kien mistenni, li flimkien mat-tensjoni li reġgħet kibret bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, jistgħu jwasslu biex il-Federal Reserve jerġa’ jbaxxi r-rati tal-interessi f’Settembru.

Id-dollaru llum tilef matul il-ġurnata ta negozju fl-Ewropa. Huwa tilef 0.3% kontra grupp ta’ muniti għal 97.788 . Kontra l-ewro, id-dollaru tilef 0.4% għal €1.1155 iżda wara rkupra għal $1.1173. Il-yen, li l-investituri jinvestu fih fi żminijijiet ta’ riskju,żdied b’0.7% għall-ogħla livell tiegħu kontra d-Dollaru mill-kriżi qasira ta’ Jannar. L-aħħar rata kienet b’żieda ta’ 0.5% għal 106.04 yen, wara li kien tela għal 105.78.

Minħabba t-tħassib li qed jikber dwar Brexit bla ftehim u l-probabbiltà kbira ta’ elezzjoni wara l-iskadenza għal Brexit f’Ottubru, żammew baxxa lill-Isterlina, wara li laħqet l-inqas rata fi 23 xahar kontra l-ewro. Kontra d-dollaru, l-isterlina ftit tbiegħedet mill-inqas rata f’31 xahar milħuqa il-ġimgħa li għaddiet.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew għall-inqas livell f’xahrejn illum hekk kif l-ansjetà dwar it-tilwima Stati Uniti-Ċina wasslet biex l-investituri iduru lejn assi meqjuża sikuri, fosthon bonds tal-Gvern, waqt li l-ishma tal-HSBC  tilfu 1% wara li telaq bla mistenni ċ-Chief Executive John Flint.

L-iSTOXX 50 tilef 1% b’żieda mal-waqgħa ta’ 2.5% tal-Ġimgħa, l-agħar jum din is-sena, wara li l-President Trump kabbar it-tensjoni kontra ċ-Ċina billi impona 10% tariffi fuq $300 Biljun ieħor ta’ importazzjoni.

L-ishma fl-Istati Uniti llum fetħu aktar baxxi, u b’hekk estendew il-bejgħ qawwi mill-ġimgħa li għaddiet, minħabba telf fl-ishma tat-teknoloġija u hekk kif il-yuan Ċiniż tbaxxa għall-inqas ratra f’aktar minn 10 snin minħabba t-tħassib tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Mapfre Middlsea tilu 8.18% għal €2.02 segwiti minn Malta Properties Company li tilfu 2.16%. Il-BMIT Technologies ukoll tilfu 1.87%.

It-Tigne Mall żdiedu bi 3.41%; il-Malta International Airport b’1.97%, il-PG b’1.87% u l-Bank of Valletta b’1.40%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, is-Central Business Centres 2021 żdiedu bi 2.05% segwiti minn Mercury Projects Finance 2027 b’1.39%. Il-Medserv 2020/23 avvanzaw b’0.50%.

F’territorju negattiv kien hemm il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’1.17%; il-Bank of Valletta 2020 b’0.99%, il-Bank of Valletta 2026/31 b’0.98% u SP Finance 2029 b’0.15%.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum minħabba tħassib wara li Trump hedded liċ-Ċina b’aktar tariffi, li jistgħu jillimitaw id-domanda għaż-żejt mhux raffinat mill-akbar żewġ konsumaturi fid-dinja.

Id-deheb tela’ għall-ogħla prezz f’aktar minn sitt snin llum b’żieda ta’ aktar minn 1% minħabba l-kunflitt kummerċjali qed jikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u b’hekk l-investituri fittxew il-kenn tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar