Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt jirtiraw mill-livelli għolja ta’ bosta xhur

Muniti

L-ewro llum kellu żidiet tajbin kontra l-muniti kollha. Żidiet tajbin kienu kontra d-dollaru Amerikan u dak Awstraljan. Iżda l-akbar żieda kienet kontra l-isterlina li tilfet kontra l-munita unika fl-ewwel jum tal-kummerċ barra l-Unjoni Ewropea, hekk kif twissijiet ta’ aktar restrizzjonijiet minħabba l-coronavirus għelbu s-serħan ipprovdut fl-aħħar minuta mill-ftehim dwar il-Brexit.

Indiċi

L-S&P 500 u d-Dow Jones fetħu s-sena f’livelli għolja rekord u kompla ma’ rkupru li kien xprunat minn tamiet ta’ rkupru fl-ekonomija globali mmexxi mill-vaċċin. L-indiċi fl-Istati Uniti iżda marru fin-negattiv wara siegħa ta’ negozju. Il-Bitcoin tilfet 17% wara li kienet laħqet livelli għolja rekord. L-ishma Ewropej irkupraw fl-ewwel sessjoni ta’ negozju tas-sena, hekk kif il-ftehim dwar il-Brexit u l-kampanja ta’ tilqim kontra l-coronavirus madwar il-kontinent kabbru t-tamiet ta’ rkupru ekonomiku qawwi. L-indiċi lokali tilef 0.3%.

Shares

Fil-qasam lokali, l-ishma kienu mħallta, bl-HSBC u l-PG javvanzaw 1%. F’territorju negattiv kien hemm tliet ishma kontra tnejn pożittivi. Il-Malta International Airlines tilfu 0.81%, l-RS2 Software tilfu 1% waqt li Simonds Farsons Cisk tilfu fl-1.28%

Bonds

Il-bonds lokali wkoll kellhom jum imħallat biż-żidiet taħt il-1%. L-International Hotel Investments żdiedu 0.99% waqt li l-Premier Capital avvanzaw 0.9%. Nofs dawn iż-żidiet dehru fil-Mercury Projets u l-Hili Finance. F’territorju negattiv kien hem mil-bonds tal-International Hotel Investments 2021 u l-Hili Finance tilfu 1%. In-1923 Investment tbaxxew b’1.46%

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt irtiraw mill-livelli għolja ta’ bosta xhur hekk kif il-prospetti ta’ żieda fil-każi tal-coronavirus ser iwassal għal restrizzjonijiet dwar il-moviment aktar iebsin, ibbilanċjaw it-tamiet li l-OPEC u l-Alleati ser jiddeċiedu li għalissa jillimtaw il-produzzjoni għal-livell preżenti.

Id-deheb u l-fidda kellhom ġurnata tajba ħafna bid-deheb jiżdied 2% u l-fidda tmur aħjar.

L-aħbarijiet finanzjarji huma miġbura minn BNF Bank