Barranin, Lokali
Il-prezzijiet taż-żejt jitbaxxew għall-inqas livell fi tliet xhur

Muniti Kontra l-Ewro

Illum, id-Dollaru żdied ftit fi swieq kalmi bl-investituri donnhom qed jibżgħu milli jinvestu flushom qabel l-elezzjonijiet fl-Olanda ta’ għada u ż-żieda mistennija fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti.

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata fi tmiem ġimgħat kontra d-Dollaru u basket ta’ muniti oħra li jkejjel is-saħħa usa tagħha, milquta mill-biża’ ta’ sensiela ta’ inkwiet dwar it-termini tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Id-Dollaru Kanadiż iddgħajjef kontra dak Amerikan mal-waqgħa tal-prezzijiet taż-żejt, wieħed mill-prodotti ewlenin ta’ esportazzjoni mill-Kanada u għaliex il-munita Amerikana issaħħet qabel iż-żieda mistennija fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve.

Indiċi

Id-Dow Jones tbaxxa b’0.36% mal-ftuħ tan-negozju.

Anke fl-Ewropa, l-indiċijiet kienu b’mod ġenerali aktar baxxi. Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 tilfu b’0.28%, 0.58%, 0.13% u 0.66% rispettivament.

It-Topix ukoll tilef 0.16% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta kellu tnaqqis ta’ 0.19%.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali, illum, kien aktarx negattiv. Is-Santumas Shareholdings u l-Lombard Bank Malta żdiedu bi 2.42% u 2.17%, rispettivament.

Il-GO, il-Bank of Valletta, il-FIMBank u l-RS2 Software tilfu  0.28%, 0.50%, 1.11% u 1.20%, rispettivament.

Bonds Lokali

Anke s-sessjoni tal-bonds lokali kienet negattiva. Is-Central Business Centres 2025 u d-Dizz Finance 2026 żdiedu b’0.99% u 0.48%, rispettivament.

Iżda kien hemm tnaqqis ta’ 0.47% fl-International Hotel Investments 2023; ta’ 0.49% fl-International Hotel Investments 2026; ta’ 0.49% fil-Premier Capital 2026; ta’ 1.52% fil-Bank of Valletta 2030 u ta’ 2.64% fil-MIDI 2026.

Indikaturi ekonomiċi

L-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur fil-Ġermanja żdiedet ix-xahar li għadda. F’Rapport, l-Uffiċċju tal-Istatistika Federali qal li l-indiċi żdied għal 0.6% aġġustat stagjonevolment minn 0.6% fix-xahar preċedenti.

L-analisti kienu qed jistennew żieda ta’ 0.6%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew għall-inqas livell fi tliet xhur wara li l-OPEC irrapportat li l-inventarji taż-żejt fil-pajjiżi żviluppati żdiedu aktar mill-medja ta’ ħames snin matul Jannar minkejja t-tnaqqis fil-produzzjoni mill-akbar esportaturi taż-żejt fid-dinja.

Il-prezzijiet tad-deheb issudaw minħabba li l-istennija ta’ żieda fir-rati tal-interessi saħħet lid-dollaru, waqt li r-riskji politiċi fl-Ewropa illimitaw it-telf għax kabbru is-sentiment tad-deheb bħala assi sigur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar