X

Il-prezzijiet taż-żejt jiżdiedu bi ftit

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’ sitt xhur ta’ Brexit.

Id-dollaru Amerikan żdied wara statistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut waqt li l-ewro ntlaqat ħażin minn statistika dgħajfa dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona tal-ewro.

Il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti żdied bl-akbar rata f’sena, sena u nofs matul Marzu hekk kif il-familji żiedu x-xiri tal-karozzi u firxa ta’ prodotti oħrajn, l-aktar indikazzjoni riċenti li t-tkabbir ekoomiku żdied matul l-ewwel kwart tas-sena wara bidu ħażin.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew fin-negozju bikri llum hekk kif l-investituri baqgħu kawti jistennew l-istatistika dwar il-manifattura sabiex jaraw is-saħħa tal-ekonomiji taż-żona tal-ewro qabel l-btala tal-Għid.

Fl-Istati Uniti, l-ishma fetħu ogħla, mgħejuna minn riżultati tajbin minn kumpaniji industrijali u żieda aktar milli kien mistenni matul Marzu fil-bejgħ bl-imnut li jindika ekonomija domestika robusta.

Id-Dow Jones żdied 0.32%, l-S&P 500 fetaħ b’żieda ta’ 0.15% u n-Nasdaq wera avvanz ta’ 0.03%.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-International Hotel Investments tilfu 3.31%, il-BMIT Technologies ukoll tilfu, din id-darba b’0.93% waqt li kien hemm żieda ta’ 2.19% fl-RS2 Software u ta’ 0.42% fil-GO.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Bank of Valletta 2020 żdiedu b’1.48% segwiti mill-Premier Capital 2026 li żdiedu b’1.46%. L-International Hotel Investments 2025 ukoll żdiedu,b’1.43%. Il-GAP Group 2022 tilfu 1.36%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu bi ftit, mgħejuna minn tnaqqis fil-ħażna tal-Istati Uniti, it-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC, u s-sanzjonijiet amerikani fuq il-Veneżwela u l-Iran.

Il-Brent kien $71.91 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate kien $63.91.