Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew bil-kbir bil-kriżi tal-coronavirus tnaqqas l-ivvjaġġar u l-attività ekonomika

Muniti

Id-dollaru llum tilef kontra l-muniti ewlenin sħabu hekk kif mewġa ta’ negozju f’akkwist ta’ kumpaniji għen lis-sentiment fis-swieq internazzjonali tal-ishma u l-investituri qed jistennew ġimgħa mimlija attivitajiet li jinkludu l-laqgħa tal-Federal Reserve u l-oħra ta’ Prim Ministru ġdid Ġappuniż.

L-ewro kien tela’ għal aktar minn $1.91 wara l-laqgħa ta’ nhar il-Ħamis tal-Bank Ċentrali Ewropew, sakemm tbaxxa jum wara li d-diretturi tkellmu dwar il-valur għoli tiegħu.

L-Isterlina llum żdiedet kontra d-Dollaru u kontra l-ewro, u stabilizzat wara t-tnaqqis riċenti, hekk kif l-investituri qed jistennew vot importanti dwar il-Brexit fil-Parlament Ingliż u jqisu ċ-ċansijiet ta’ Brexit bla ftehim.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu l-ġimgħa fuq nota pożittiva hekk kif tamiet dwar il-vaċċin tal-coronavirus u n-negozji globali fl-akkwisti ta’ kumpaniji għelbu t-tħassib ta’ Brexit bla ftehim.

Il-prezzijiet bil-quddiem kienu qed jimmarkaw ftuħ ogħla f’Wall Street illum minħabba sinjali ta’ progress fuq il-vaċċin u l-għadd ta’ akkwisti multi-biljunarji, inkluż rapporti li l-kumpanij Oracle rebħet il-battalja għall-fergħa Amerikana tal-kumpnija TikTok.

Ishma

In-negozju fl-ishma lokali llum kien kwiet fil-MaltaPost biss tirreġistra tnaqqis ta’ 4.76%. Kien hemm negozju bla ċaqliq fil-prezzijiet fil-Bank of Valletta, il-FIM Bank, il-Global Capital, il-Malta International Airport, il-Malita Investments u l-RS2 Software.

Il-bonds lokali kienu ġeneralment negattivi bil-MIDI 2026 fuq quddiem tat-telf bi 3.50%. Il-Grand Harbour Marina 2027 tilfu 2.88%, is-Central Business Centres 2021 tbaxxew bi 2.44%, l-Eden Finance 2027 tilfu 2.38%, il-Hili Properties 2025 naqqsu b’1.97%, il-Medserv 2020-2023 wrew tnaqqis ta’ 1.48% u l-Mediterranean Investments Holding 2023 tilfu 0.99%.

L-OPEC qalet illum li d-domanda għaż-żejt ser tonqos fl-2020 aktar milli kien maħsub qabel minħabba l-coronavirus u tirkupra b’pass inqas is-sena d-dieħla. Dan potenzjlament jagħmilha aktar iebsa għall-grupp u l-alleati li jsostnu s-suq.

Id-domanda dinjija għaż-żejt ser tonqos b’9.46 miljun barmil kuljum, aktar mit-tnaqqis ta’ 0.06 miljun mistennija xahar ilu.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew bil-kbir għax il-kriżi tal-coronavirus naqset l-ivvjaġġar u l-attività ekonomika. Waqt li xi pajjiżi taffew il-miżuri biex id-domanda tirkupra, numru dejjem jikber ta’ każi u produzzjoni taż-żejt ogħla ħallew effett ħażin fuq il-prezz.

Kien hemm żieda llum fil-prezz tad-deheb mgħejjun minn dollaru aktar dgħajjef u aspettativi li l-Federal Reserve ser itenni l-politika monetarja moderata tiegħu din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar