Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew bir-restrizzjonijiet li ġab miegħu l-Coronavirus fl-Ewropa

Muniti

Ċifri tajbin minn stħarriġ fiż-żona ewro u tamiet ta’ progress fit-taħditiet dwar Brexit tellgħu lill-ewro il fuq minn $1.22 kontra d-dollaru Amerikan għall-ewwel darba minn April 2018.

Il-Frank Żvizzeru sadattant, żdied bi ftit wara li t-Teżor Amerikan sejjaħ lill-Iżvizzera bħala manipulator tal-kambju. L-ewro żdied kważi 13% minn meta l-Unjoni Ewropea ħabbret fond ta’ rkupru f’Mejju. Stħarrig b’saħħtu dwar l-attivita ekonomika fl-aħħar xhur ukoll żied il-fehma
qawwija li l-Ewropa kapaċi timxi aktar ekonomikament mill-Istati Uniti. Ħjiel pożittiv mit-taħditiet mill-Unjoni Ewropea dwar Brexit għen lill-Isterlina il fuq minn $1.35 għall-ogħla livell tagħha minn Mejju 2018.

Indiċi

L-S &P 500 u n-Nasdaq fetħu ftit ogħla llum, b’tal-aħħar jilħaq livell rekord minħabba ottimiżmu dwar pakkett ta’ stimulu qawwi minħabba l-coronavirus, għalkemm ishma batuti tal-linji tal-ajru u statistika ħażin dwar il-bejgħ bl-imnut illimitaw iż-żidiet. Id-Dow Jones fetaħ ftit aktar baxxa. L-ishma Ewropej laħqu l-ogħla livell minn Frar, wara dejta tajba dwar l-attività tan-negozju fir-reġjun, tamiet qawwiet ta’ ftehim dwar Brexit u l-possibiltà ta’tilqim kontra l-koronavirus qabel is-sena d-dieħla. L-indiċi lokali were żieda ta’ 0.3%.

Ishma

Ebda sehem lokali negozjat illum ma kien f’direzzjoni negattiv. Tliet ishma wrew żidiet tajbin bil-Medserv fuq quddiem b’6.25%. Il-Lombard Bank żdiedu 4.76%, waqt li l-Malta Properties Company avvanzaw 4%. L-RS2 Software u l-Harvest Technology żdiedu 0.98% u 0.68%
rispettivament. Kien hemm negozju f’ishma oħrajn bla bidla fil-prezz. Dawn kienu il-BMIT Technology, il-Bank of Valletta, l-HSBC, il-Malta International Airport u l-PG. Ebda sehem ma kien negozjat f’territorju pożittiv.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, dawn kienu l-aktar f’territorju pożittiv bil-movimenti taħt il-1%. In-1923 Investments żdiedu 0.99% waqt li l-Hili Finance tilfu bl-istess perċentwal. Il-Bank of Valletta avvanzaw 0.89%, segwiti minn Hili Properties, Eden Finance u Hili Finance. Il-Bank of Valletta 2030 ltilfu 0.74%

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew minħabba żieda sorprendenti fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti u aktar restrizzjonijiet minħabba l-coronavirus fl-Ewropa waqt kien hemm sostenn minn dollaru aktar dgħajjerf u l-progress dwar il-ħruġ tal-vaċċin.