Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew bit-tħassib li żieda fil-każi tal-Covid-19 fl-Ewropa u fl-Istati Uniti qed tnaqqas id-domanda

Is-sinjali ta’ progress fin-negozjati dwar il-Brexit kien it-tir prinċipali tal-lum, bil-Prim Ministru Boris Johnson kien lest jagħti tweġiba lit-talba tal-Unjoni Ewropea li, jew jagħti aktar konċessjonijiet biex jikseb ftehim kummerċjali jew jiffaċċa ħruġ diżordinata mill-Unjoni fi żmiern tliet xhur.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew minħabba tħassib li żieda fil-każi tal-COVID-19 fl-Ewropa u fl-Istati Uniti qed tnaqqas id-domanda fi tnejn mill-akbar konsumaturi tal-fjuwil, waqt li Dollaru Amerikan aktar b’saħħtu wkoll żieda mal-pressjoni fuq il-prezzijiet.

Il-yen żdied u d-dollaru kien riesaq lejn l-aħjar ġimgħa tax-xahar, hekk kif iż-żieda fil-każi tal-coronavirus u nuqqas ta’ progress lejn pakkett ta’ stimulu fl-Istati Uniti ġiegħlu lill-investituri jfittxu assi siguri.

Hekk kif aktar restrizzjoni minħabba l-coronavirus kienu introdotti fl-Ewropa u fl-Ingilterra, il-munita ta’ riżerva dinjija telgħet għall-għola livell ta’ 93.910 kontra basket ta’ muniti. Hija kienet ftit inqas minn dan il-livell fin-negozju Asjatiku.

Il-yen tela’ lejn l-ogħla rata f’ġimagħtejn milħuqa nhar l-Erbgħa li għadda u kien jiswa 105.24 yen kull dollaru. Id-dollaru Awstraljan tilef 0.3% u muniti oħra ewlenin ukoll tbaxxew.

L-ishma Ewropej irpiljaw mill-inqas prezzijiet f’ġimagħtejn iżda xorta resqin lejn telf f’ġimgħa wara bejgħ qawwi li kien immarkat minn biża’ tat-tieni mewġa tal-coronavirus, mill-inċertezza ta’ Brexit u mid-dubbju dwar aktar stimulu fiskali mill-Istati Uniti.

L-ishma fil-Korea t’Isfel kellhom l-akbar waqgħa fi tliet ġimgħat hekk kif qawmien tal-każi tal-COVID-19 fl-Ewropa u l-Istati uniti u tnaqqis fit-tamiet ta’ stimulu Amerikan laqat ħażin lis-sentiment. Il-munita won iddgħajfet u li żdiedu l-bonds.

Id-dħul mill-bonds Ġermaniżi ta’ 10 snin kien riesaq lejn l-akbar waqgħa minn Awwissu, wara li s-suq finanzjarju usa’ stabilizza ruħu waqt li miżuri biex jitnaqqsu l-infezzjonijiet mill-coronavirus fl-Ewropa laqtu lil assi riskjużi fil-jum ta’ qabel. Il-bejgħ qawwi tal-bonds fin-naħa t’isfel tal-Ewropa mmexxija mill-Italja wkoll waqaf illum, bid-dħul mill-bonds ta’ 10 snin mill-Italja jitlef 2 punti bażi għal 0.68%.

Il-premium tar-riskju li l-Italja tħallas għad-dejn fuq 10 snin fuq il-Ġermanja kien 129 punt bażi fin-negozju bikri, inqas minn 136 punt bażi tal-bieraħ. Analisti jistennew li l-bejgħ qawwi tal-bieraħ ikun temporanju. Dan meta wieħed jikkunsidra li l-irkupru fil-bonds li wassal biex l-
ispejjeż fuq is-self mill-Italja jinżlu għal-livell baxx rekord sa jum qabel, kien għax l-investituri qed jikkunsidraw li jista’ jkun hemm stimulu mill-Bank Ċentrali Ewropew sa tmiem is-sena li minnu l-Italja tkun il-benefiċċjarju l-kbir.