Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew hekk kif fetħu l-portijiet Libjani

Muniti

Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal għal kawtela dwar il-prospetti.

L-ewro kiseb il-momentum, u żdied b’0.28% kontra l-munita Amerikana għal $1.1718. L-ewro naqas b’0.08% kontra l-isterlina u 0.09% kontra l-frank Żvizzeru. Huwa żdied b’0.24% kontra l-yen.

Indiċi

L-indiċijiet, FTSE 100, DAX, STOXX 50 u l-CAC40 kienu kollha f’territorju negattiv bil-FTSE 100 jitlef 0.98%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.06% inqas wara li kien hemm tnaqqis ta’ 0.448% fl-indiċi tal-Borża tqa’ Malta.

Shares

Fis-settur tal-ishma lokali, Simonds Farsons Cisk u l-Malta Intyernational Airport żdiedu b’0.69% u b’0.20% rispettivament. Il-Bank of Valletta , l-HSBC Bank Malta, il-MIDI u l-Plaza Centres tbaxxew b’aktar minn 0.50%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-MIDI 2026, il-GlobalCapital 2021, il-Medserv 2020/23 u l-MeDirect Bank (Malta) 2019/24 żdiedu b’aktar minn 0.40%.

Sadanittant l-AX Investment 2024, Simonds Farsons Cisk 2027 u l-Gasan Finance 2019/21 tilfu aktar minn 0.40%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew hekk kif naqas it-tħassib dwar tfixkil fil-provvisti u fetħu l-portijiet Libjani, waqt li n-negozjanti qed jistennew żidiet potenzjali mir-Russja u produtturi oħrajn.

Il-Brent naqas b’1.67%% għal $73.55 u l-U.S. Light Crude tilef 2.04% għal $69.56.

Id-deheb żdied b’0.08% waqt li l-fidda tilfet 0.35%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro, li waqa’ għall-inqas rata fi 13-il xahar kmieni l-ġimgħa li għaddiet fost tħassib li l-kriżi Torka tolqot ħażin lill-banek Ewropej, żdied illum. Id-Dollaru tbaxxa llum wara li l-President Donald…

Barranin

L-Ewro tbaxxa llum hekk kif id-dollaru ssaħħaħ qabel it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li huma mistennija din il-ġimgħa. L-investituri jittamaw li dawn inaqqsu t-tensjonijiet bejn l-akbar żewġ ekonomiji…

Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Aktar