Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew hekk kif it-theddida ta’ gwerra fil-Lvant Nofsani naqset

Id-dollaru, li ddomina s-suq tal-kambju għal dawn l-aħħar sentejn, jidher li ser jagħmel l-istess matul l-2020 skont l-aħħar stħarriġ minn Reuters fost strateġisti tal-kambju barrani.

Waqt li l-parti l-kbira ta’ dawk li jbassru r-rati tal-kambju qed iżommu l-fehma li l-ewro jista’ jiżdied xi ftit sa tmiem is-sena, meta kienu mistoqsija dwar ix-xejra ġenerali, xi ftit strateġisti qalu li d-dollaru mhux ser iħalli d-dominanza li għandu fi żmien qasir.

Parti minn din il-fehma ġejja miż-żieda riċenti fit-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Iran, bl-investituri ifittxu bil-qawwi l-assi sikuri bħal yen, li laħaq l-ogħla rata fi tliet xhur nhar l-Erbgħa li għadda. Din is-sitwazzjoni hija l-istess li kienet matul it-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina s-sena li għaddiet.

L-ishma globali laħqu livell għoli rekord illum u l-prezzijiet tal-assi sikuri bħad-deheb tilfu xi ftit għax l-investituri laqgħu bil-ferħa t-tnaqqis fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran u qed iħarsu lejn titjib fit-tkabbir globali.

Is-swieq warrbu malajr it-telf li kellhom fil-bidu tal-ġimgħa wara li l-Istati Uniti qatlu l-aktar Ġeneral important Iranjan, ghax qed jemmnu li dan mhux ser iwassal għall-konfrontazzjoni militari sħiħa li tkisser il-fiduċja tal-investitur.

L-indiċi tal-ishma mondjali, MSCI, li jsegwi ishma f’49 pajjiż, malajr irkupra u żied 0.1% illum biex laħaq livell għoli record ġdid. L-indiċi huwa kważi 1.5% ogħla mill-inqas livell ta’ nhar it-Tnejn.

L-ishma Ewropej kienu mħallta fil-ftuħ tan-negozju, bl-iSTOXX 50 jitlef 0.16%, id-DAX jiżdied 0.06% u l-FTSDE avvanza 0.1%.

Dan segwa l-livelli rekord fit-tliet indiċijiet ewlenin f’Wall Street ilbieraħ. Is-swieq finanzjarji bdew l-2019 tajjeb ferm minkejja d-deċiżjoni tal-President Trump li joqtol lill-ġeneral iranjan.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew hekk kif it-theddida ta’ gwerra fil-Lvant Nofsani naqset u l-investituri tefgħu l-attenzjoni tagħhom lejn l-inventarji taż-żejt u l-prodotti fl-Istati Untiti li qed jiżdiedu.

Il-Brent tilef 4 cents għal $65.33 kmieni dalgħodu u riesaq lejn l-ewwel tnaqqis f’sitt ġimgħat, telf ta’ %5. Il-United States West Texas Intermediate tilef 8 cents għal $59.48 u riesaq lejn l-ewwel telf f’ġimgħa f’sitt ġimgħat. Huwa tilef kważi 6% min nhar il-Ġimgħa li għadda.

Iż-żejt issa jinsab iktar baxx milli kien qabel l-attakk Amerikan.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew illum, wara li kienu tilfu 1% fis-sessjoni ta’ qabel, għax it-tnaqqis fit-tensjoni fil-Lvant Nofsani wassal biex l-investituri resqu lejn assi riskju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Aktar