Barranin
Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew mill-ġdid minħabba tħassib dwar l-iskarsezza ta’ ħażna

Muniti

L-ewro kellu movimenti differenti kontra l-muniti ewlenin illum, u kien pożittiv kontra d-Dollaru u l-Frank Żvizzeru iżda aktar dgħajjef kontra muniti aktar riskjużi bħall-Isterlina u d-Dollaru Awstraljan. L-ewro tilef sa 0.37% kontra l-Isterlina iżda waranofsinhar issaħħaħ xi ftit. L-Isterlina żdiedet ukoll kontra d-dollaru.

Id-Dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti kollha hekk kif l-investituri saru inqas kuntrarji lejn ir-riskju fost tnaqqis fil-lockdowns f’diversi pajjiżi. Id-dollaru kien aktar dgħajjef kontra l-Isterlina u l-ewro iżda anke kontra l-Yen hekk kif il-Bank of Japan kompla li jsostni l-ekonomija mkissra mill-virus.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum hekk kif l-ishma tal-linji tal-ajru ssaħħew minħabba tamiet ta’ appoġġ mill-istat, waqt li kien hemm rapporti finanzjarji tajbin minn Duetsche Bank u oħrajn li żiedu mal-ottimiżmu wara sinjali li bosta pajjiżi dalwaqt inaqqsu l-miżuri ta’ lockdown kontra l-coronavirus.

Il-prezzijiet futuri tal-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn ftuħ pożittiv fid-Dow Jones għax l-investituri qed jivvalutaw il-possibiltà ta’ ftuħ mil-ġdid tal-ekonomija wara l-imxija tal-coronavirus. Ilbieraħ, il-Gvernatur Demokratiku ta’ New York Andrew Cuomo qal li l-istat qed jippjana li jerġa’ jiftaħ in-negozju f’fażijiet differenti.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, il-GO, il-Lombard Bank Malta u Simonds Farsons Cisk kienu t-telliefa ewlenin. Il-GO tilfu 3% għal €3.80 kull sehem, il-Lombard tilfu 0.94% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.61% fl-ishma ta’ Simonds Farsons Cisk.

F’territorju pożittiv, il-PG żdiedu b’1.10%, il-Malita Investments b’1.19%, l-RS2 Software bi 3% u Trident Estates għalqu bil-prezz ta’ €1.55, żieda ta’14.81%.

Fis-suq tal-bonds lokali, it-Tumas Investments 2024 tilfu 1.46% u Simonds Farsons Cisk 2027 naqsu b’0.95%.

L-iStivala Group Finance 2027 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 1%. Il-Bortex Group Finance 2027 u in-1923 Investments 2024 it-tnejn avvanzaw 0.51% segwiti minn by AX Group 2029 it-Tieni Serje u l- Grand Harbour Marina 2027 li t-tnejn għalqu b’żieda ta’ 0.50%.

Il-prezzijiet taż-żejt reġgħu tbaxxew illum minħabba tħassib dwar l-iskarsezza ta’ ħażna, speċjalment fl-Istati Uniti u inkwiet ekonomiku globali mill-pandemija tal-coronavirus. Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt tal-Istati Uniti kienu fuq quddiem u tilfu aktar minn $3 kull barmil minħabba biża’ li l-ħażna f’Cushing, Oklahoma dalwaqt timela’. Il-prezzijiet futuri taż-żejt kellhom it-tielet ġimgħa ta’ telf il-ġimgħa li għaddiet, bil-Brent tilef 24% u l-Wes Texas Intermediate tilfu 7%.

Il-prezzijiet tilfu fi tmienja mid-disa’ ġimgħat li għaddew. Il-prezz tad-deheb tilef minħabba sinjali li xi pajjiżi dalwaqt jillaxkaw ċerti miżuri dwar il-coronavirus u dan żied is-sentiment għar-riskju, għalkemm iż-żidiet kienu limitati minn
aspettattiva ta’ aktar miżuri ta’ stimulu minn banek ċentrali ewlenin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar